Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor.  John Dalli, Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, waqt Seminar fuq Stharrig li sar dwar il-Qasam Agrikolu  - Ufficju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, Il-Belt Valletta -  31 ta’ Lulju

pr939
Date Icon 31/07/2003
Illumqeghdin nassistu ghall-hrug ta’ l-akbar stharrig dwar il-qasam agrikolu f’pajjizna fl-ahhar  ghoxrin sena.  Stharrig bhal dan kien possibbli grazzi ghall-impenn tal-Gvern li ha hsieb jinvesti sabiex jitjieb is-servizz tal-istatistika fil-pajjiz.  Huwa stharrig li ghandu jghina nifhmu ahjar dan is-settur tant strategiku ghal pajjizna u l-isfidi li ghandu quddiemu.
Il-qasamagrikolu huwa maghmul minn ‘l fuq minn 1,500 bidwi full-time.  Izda dan il-qasam huwa maghmul ukoll minn madwar 12,600 bidwi part-time li lkoll kemm huma jikkontribwixxu permezz tal-hidma taghhom ghall-produzzjoni agrikola fil-pajjiz.
Matulis-sena li ghaddiet, is-settur agrikolu kkontribwixxa ‘l fuq minn 39 miljun lira lejn il-Prodott Gross Domestiku.   Kontribut siewi u tajjeb li jista’ jikber jekk inkomplu ninkoraggixxu lil min irid jinvesti fis-settur sabiex jilqa’ ghall-isfidi tal-futur u jahtaf dawk l-opportunitajiet godda illi sejrin jinholqu mhux l-anqas permezz tas-shubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea.
Il-Gvernmhux talli gharaf dan kollu izda qieghed iwettaq fil-prattika dak li jemmen fih permezz tal-ghajnuna kontinwa li qieghed jaghti lis-settur agrikolu.  Bizzejjed insemmi illi fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena l-Gvern ta aktar minn 3 miljun liraf’ghajnuna lid-diversi oqsma fis-settur agrikolu.
Qeghdinnghinu bil-kbir lil min irabbi l-majjal u lir-rahhala taghna sabiex itejbu l-hidma  taghhom u ghaldaqstant isiru aktar efficjenti u effettivi fl-operat taghhom.  Qeghdin nghinu lil min jipproduci l-hxejjex u l-frott sabiex ninkoragguh izid il-kwantita’ u fuq kollox il-kwalita’ tal-prodotti tieghu.  Qeghdin ukoll nghinu b’mod prattiku lil min jixtieq ihawwel id-dwieli sabiex tizdied il-produzzjoni tal-gheneb ghall-ghasir.  Dan kollu qeghdin naghmluh ghaliex nemmnu bis-shih fit-tharis tal-qasam agrikolu u fis-sostenibilita’ ta’ dan is-settur.
B’wicciminn quddiem nista’ nghid illi bdejna nahsdu l-frott tal-investiment li qeghdin naghmlu b’risq dan is-settur.  Hawnhekk bizzejjed wiehed isemmi l-ammont sostanzjali ta’ raba’ mitluq u li llum qieghed jerga’ jinhadem.  Hbula ta’ raba’ mitluqa qeghdin jinbidlu f’oqsma agrikoli mill-isbah.  Qeghdin jithawlu eluf ta’ dwieli u sigar tal-frott, fosthom iz-zebbug.  Meta qeghdin naghmlu dan kollu qeghdin ukoll nassiguraw ambjent ahjar ghal pajjizna.  Fuq kollox qeghdin naraw titjib fil-hidma tal-bdiewa taghna u qeghdin nassiguraw futur ahjar u livell ta’ ghixien oghla ghal min jahdem f’dan is-settur.
Appartimin jahdem fil-qasam agrikolu u l-pajjiz, mit-titjib fil-qasam agrikolu se jgawdi l-konsumatur ukoll.  Miz-zieda fil-produzzjoni ta’ hxejjex u frott ta’ kwalita’ oghla u bi prezzjiet aktar favorevoli ghandu jgawdi l-konsumatur ukoll. Bl-investiment li qeghdin naghmlu fil-qasam agrikolu u permezz tat-tnehhija tal-levies fuq diversi prodotti agrikoli, l-konsumatur diga’ gawda minn prezzijiet ahjar ghal numru ta’ prodotti agrikoli.
Jiena naghlaq billi nawgura illi l-investiment u x-xogholli qieghed isir fil-qasam agrikolu jigi mhares sewwa sabiex jaghti l-frott mixtieq b’risq il-pajjiz u dawk li jaqilghu l-ghixien taghhom mis-settur.   Jekk bl-akbar ghaqal ma nassigurawx illi dak li qeghdin ninvestu jissarraf f’aktar gid u f’settur agrikolu aktar sostenibbli, inkunu qeghdin nonqsu bis-shih ghaliex inkunu qeghdin nahlu gid pajjizna u nitilfu opportunita’ tajba sabiex inkomplu nibnu u ntejbu dak li ghandna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow