Left arrow Go Back

Avicenna – Campus Virtwali

pr932
Date Icon 29/07/2003
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea inawgura proġett bl-isemta’ ‘Avicenna Virtual Campus’ li hu maħsub li jipprovdi opportunitajiet ta’ edukazzjoni b’mod elettroniku lil studenti u adulti mir-reġjun Ewro-Mediterranju. Biex dan il-proġett jiġi implimentat f’pajjiżna inħoloq consortium ta’ organizzazjonijiet lokali bl-isem ta’ Fondazzjoni Temi Zammit. Il-proġett hu ffinanzjat mill-programm ta’ l-UE, EUMIDIS u se jkun ikkoordinat mill-UNESCO.
Il-programm hu imsemmi għal Ibn Sina (981 – 1037AD), l-aktar filosofu, matematiku u astronomu famus fi żmienu. Il-proġett se joħloq Campus jew universita’ virtwali permezz ta’ network bejn diversi ċentri madwar ir-reġjun Mediterranju. Kull pajjiż imsieħeb f’din l-inizjattiva se joħloq ċentru ta’ tagħlim li fil-każ ta’ Malta se tkun il-Fondazzjoni Temi Zammit flimkien mal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija MCST.
Il-proposta biex jiġi żviluppat dan il-proġettġiet mill- Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija u fil-fatt id-direttur taċ-Ċentru Malti kien mistieden biex jippresjedi it-tnedija uffiċjali tal-proġett fuq livell internazzjonali.
In-network ta’ ċentri jinkludu imsieħba mill-Marokk,l-Alġerija, it-Tuneżija, l-Eġittu, il-Palestina, il-Ġordan, il-Lebanon, is-Sirja, it-Turkija, iċ-Ċipru, Malta, l-Italja, Franza, Spanja u r-Renju Unit.
Il-Ministru Louis Galea qal li lokalmentirnexxielna nagħmlu passi importanti ‘l quddien fil-ħolqien ta’ l-infrastruttura meħtieġa biex nipprovdu servizzi elettroniċi anke fil-qasam edukattiv. Hu qal li l-istatistika li tinġabar internazzjonalment bħall-‘eEurope Action Plan’ u l-‘Innovation Scoreboard’ hi nkoraġġanti, madankollhu għad hemm oqsma fejn pajjiżna għad irid iżid il-ħidma u l-investiment biex inlaħħqu mal-pajjiżi tan-naħa ta’ fuq ta’ l-Ewropa. Il-Ministru tenna li l-figuri għandhom jitjiebu hekk kif jibdew jiġu inklużi r-riżultati pożittivi li qed jikseb pajjiżna b’riżultat tal-ftuħ u taż-żidied fin-numru ta’ korsijiet u studenti fl-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji ta’ pajjiżna.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-opportunitajiet liqed noffru lill-istudenti iridu jibdew jingħataw b’mod aktar flessibbli u inklussiv jekk irridu verament niksbu il-viżjoni ta’ edukazzjoni tul il-ħajja. Hu qal li l-Avicenna hu proġett pilota li għandu jkun ta’ eżempju tajjeb ta’ kif istituzzjonijiet publiċi u privati jistgħu jaħdmu flimkien għall-benefiċċju tal-komunita’.
Bl-iżvilupp li qed iseħħ fl-oqsmatet-teknoloġija u l-kommunikazzjoni t-tagħlim b’korrispondenza qed issarraf ruħha f’opportunita’ ta ko-operazzjoni bejn ċentri ta’ riċerka u universitajiet. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni jinħoloq materjal edukattiv speċifiku u jitużaw ir-riżorsi sostanzjali li għandhom dawn l-istituzzjonijiet.
L-MCST stieden lill-organizzazjonijiet Maltin ligħandhom interess fit-tagħlim elettroniku biex flimkien miegħu joħolqu materjal edukattiv li ikun jista jitpoġġa on-line. Numru ta’ organizzazjonijiet u dipartimenti issieħbu ma’ l-MCST u nħolqot Fondazzjoni Temi Zammit (FTZ). L-organizzazjonijiet imsieħba huma: l-Universita’ ta’ Malta (eż. Mediterranean Institute, European Unit, Gozo Centre) u entitajiet edukattivi publiċi u privati (eż. Department of Further Studies and Adult Learning, Education Division, Metis Education Ltd., Executrain).
Din is-sena il-FTZ se tkun qed tistabbilixxi ċ-ċentru,timpjega l-ħaddiema meħtieġa, tixtri l-attrezzatura meħtieġa u tistabbilixxi ruħha fl-uffiċini l-ġodda li se jkunu fil-bini tal-MCST f’Villa Bighi, il-kalkara. Fit-tieni sena tagħha il-FTZ se tibda toħloq il-materjal edukattiv f’suġġetti differenti. Kull ċentru ta’ l-Avicenna (15 b’kollox) se jkun qed joħloq tlett korsijiet ta’ 20 siegħa ‘l wieħed. L-imsieħeb tar-Renju Unit – The open University – se tkun qed taddatta 40 kors minn tagħha għal dan il-proġett. Uħud mill-korsijiet se jsiru b’tlett lingwi – bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Għarbi filwaqt li xi korsijiet se jkunu jistgħu jintużaw minn dawk neqsin mid-dawl.
Hu mistenni li permezz tal-proġett Avicenna tkunqed tinħoloq komunita’ ġdida ta’ istituzzjonijiet ta’ tagħlim ogħli li flimkien jaqsmu l-ideat u l-parttiċi t-tajba għall-aħjar ġid tal-komunita’ filwaqt li jkun hawn aktar nies madwar il-Mediterran li jgħażlu t-tagħlim b’korrispondenza. Hu mistenni ukoll li l-proġett ilaqqa ideat minn kulturi differenti u b’hekk filwaqt li titjieb l-esperjenza edukattiva jikkontrobwixxi lejn ir-rispett tal-kulturi u b’hekk il-paċi fir-reġjun.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow