25 Student f’Taħriġ fil-Malta Drydocks
pr918
25/07/2003
| Għas-sitt | sena konsekuttiva numru ta’ studenti mill-iskola sekondarja Lorenzo Gafa’ tal-Fortini, Birgu, ħadu sehem f’kors ta’ orjentament lejn ix-xogħol fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks. Dan sar bħala parti mill-ftehim ta’ partnership bejn l-iskola u l-MDD. Il-kors kien ta’ erba’ ġimgħat, mit-Tnejn 30 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 25 ta’ Lulju 2003. Matul dan il-kors, l-istudenti kellhom lezzjonijiet fuq l-etika u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol u sessjonijiet prattiċi ta’ tagħlim f’dawn is-snajja: Electrical, Sheet Metal, Welding, Pipe Fitting u Lathe Work. Barra dan l-istudenti, l-istudenti ngħataw remunerazzjoni ta’ Lm 12 fil-ġimgħa bħala parti mill-fteħim. |
| Dan | il-ftehim ta’ sponsorship mal-Malta Drydocks, minbarra li huwa ta’ benefiċċju edukattiv għall-istudenti u għall-iskola, irnexxielu joħloq ħolqa tanġibbli ta’ koperazzjoni bejn l-iskola u l-industrija. Din ir-rabta bejn l-iskola u d-dinja tax-xogħol hi mira importanti tal-Kurrikulu Nazzjonali li qed jitwettaq fl-iskejjel sekondarji Maltin. |
| Is-Sur | Joe Axisa, Kap ta' l-Iskola Lorenzo Gafa' qal li din kienet esperjenza edukattiva oħra li tħalli l-ġid. L-istudenti wrew interess u ħeġġa fil-korsijiet ta’ taħriġ. Bejnhom u l-instructors tad-Drydocks inbniet relazzjoni tajba tant li l-kwalita’ ta’ xogħol li rnexxielhom jagħmlu fi żmien hekk qasir hija impressjonanti. |
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, ippresjeda l-għoti ta’ ċertifikati u premijiet li sar fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru qal li t-tagħlim ma jsirx biss b'mod teoriku, imma anke b’taħriġ prattiku. Hu qal hu importanti li t-tagħlim ikollu element ta' tagħlim informali kif jitlob il-Kurrikulu Nazzjonali. Il-Ministru qal li wieħed mill-aktar elementi importanti fil-kompettivita’ ta’ pajjiżna hi l-flessibilita’ u l-kapaċita’ tal-ħaddiema Maltin. Jekk irridu li pajjiżna jiġbed lejħ l-investiment irridu l-ewwel ninvestu fir-risors uman ta’ pajjiżna biex ikun minn ta’ quddiem f’kull qasam. |
| Il-Ministru | temm jawgura lill-istudenti biex dejjem ikomplu jfittxu kull opportunita’ ta' taħriġ għaliex il-bniedem fid-dinja tax-xogħol ta' llum għandhu bżonn jibqa aġġornat mal-bidliet li jkunu qed iseħħu biex hu jibqa rilevanti u kompettitiv. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en