JIRBHU KOMPETIZZJONI B’TEMA AMBJENTALI ORGANIZZATA MILL-KUNSILL NAZZJONALI TAN-NISA
pr909
24/07/2003
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino ltaqa’ ma’ żewġ studenti Maltin qabel ma ħallew Malta għall-żjara fl-Italja wara li rebħu kompetizzjoni b’tema ambjentali organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Għall-attivita’ kien preżenti wkoll l-Ambaxxatur Taljan għal Malta, Alvise Memmo.
| Il-kompetizzjoni kellha t-tema The Environment | through the eyes of our children u kienet maqsuma f’żewġ kategoriji – għall-istudenti ta’ anqas minn tnax-il sena u studenti ta ’l fuq minn tnax-il sena. Ir-rebbieħa huma Luke Micallef mill-iskola San Andrea u Janice Borg mill-iskola Marija Immakulata tal-Ħamrun. |
| L-istudenti rebbieħa, flimkien mal-ġenituri | tagħhom, ingħataw vjaġġ ta’ ġimgħa f’park nazzjonali f’Bolzano fejn tħejja għalihom programm intensiv ta’ żjajjar. Dan il-premju ngħata mill-Ministeru għall-Ambjent Taljan fuq talba tal-Ministeru għall-Ambjent Malti. |
| F’diskors qasir tal-okkażżjoni, il-Ministru | Pullicino awgura li kompetizzjonijiet bħal dawn isiru b’mod regolari matul is-sena. Hu rringrazzja lill-Gvern Taljan għall-koperazzjoni tiegħu u qal li din il-kollaborazzjoni qed tkun estiża wkoll fil-ħidma sabiex f’Malta jitwaqqfu wardens ekoloġiċi ambjentali bħalma hemm fl-Italja. |
| Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa, il-Ministru George | Pullicino rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa għall-inizjattiva tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en