Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO DWAR DISKORS LI GĦAMEL WAQT AĠĠORNAMENT FIL-PARLAMENT

pr903
Date Icon 23/07/2003
Kienf’Aġġornament li fih tkellimt dwar x’qed jiġri mill-valur tat-tajjeb u l-ħażin fil-ħajja ta’ llum, kemm għall-poplu tagħna kif ukoll għall-politiku f’pajjiżna.  X’għidt jiena jista’ wieħed jisimgħu kelma b’kelma mir-‘records’ tal-Parlament u ma’ dak li għidt, m’għandi xejn x’inżid u l-anqas x’innaqqas.  Dan qed ngħidu għal min jimpurtah, iżda qed ngħidu wkoll għaliex jidhirli li min jikkummenta fuq dak li ngħid jiena fil-Parlament għandu jara eżattament x’inkun għidt u mhux jikkummenta fuq x’ngħid jien minn kummenti dwari minn kittieba oħra.
Danqed ngħidu għaliex jidhirli li l-kummenti li għaddew, kemm Daphne Caruana Galizia fil-ġurnal ‘The Malta Independent on Sunday’, kif ukoll Dr. Wenzu Mintoff fit-‘Torċa’, u wara l-Onor. Dr. Adrian Vassallo, f’Aġġornament fil-Parlament, kif ukoll f’Roamers’ Column fis-Sunday Times, kollha interpretaw dak li għidt jien bil-kuntrarju ta’ dak li fil-fatt għidt.
Jiennifhem li dawn setgħu ikkummentaw fuq x’għedt jien skond kif qraw ir-rapporti ta’ dak li għedt jiena fil-ġurnali iżda ma jidhirx li semgħu kelma b’kelma d-diskors tiegħi.  Jekk għal xi raġuni xi ħadd ma fehemx x’għidt jiena waqt dak l-aġġornament, nerġa’ nisħaq fuq il-prinċipji li jiena kontra permessi maħruġa biex ikollna s-sess aktar liberalizzat u liċenzjat.   Anzi d-diskors tiegħi fil-Parlament kien maħsub biex iwaqqaf milli joħorġu dawn il-permessi.
Qedngħid dan sabiex il-fatti jkunu magħrufa u nitlob lil dawn il-kittieba biex jekk jimpurtahom jikkoreġu l-fatti.
Jienatkellimt fl-Aġġornament biex ikun hawn dibattitu dwar x’qed jiġri fil-pajjiż rigward il-valuri tagħna, meta llum kollox sar xejn m’hu xejn.  Staqsejt fejn sejrin bħala poplu, kemm-il darba nibqgħu ninsew x’inhu tajjeb u ħażin, iżda biex f’pajjiżna jkollna min kapaċi jieqaf lil din is-sensazzjoni li kollox jgħaddi u sirna naċċettaw kollox.
Għalkemmdawn il-kittieba u l-Onor. Adrian Vassallo irrapportaw kliemi bil-kuntrarju, xorta waħda ngħidilhom prosit tal-kontribut, għaliex fuq kollox qed naqblu dwar x’ma għandux ikun liċenzjat.
Nawgurali l-ħajja soċjali tagħna bħala poplu tkun kontinwament taħt il-lenti ta’ dawk kollha li jimpurtahom mill-iżvilupp tal-livell tal-ħajja tal-poplu tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow