Left arrow Go Back

TWEĠIBA GĦALL-KUMMENTI TAL-KELLIEM TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IL-BIEDJA: Il-Gvern irid settur tal-biedja b’saħħtu u sostenibbli

pr895
Date Icon 21/07/2003
B’risposta għall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjonigħall-biedja, il-Ministeru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent irid jippreċiża li, fit-tfassil tas-sistema ta’ monitoraġġ relatata mat-tħaddim tal-klawsola ta’ salvagwardja, qed isiru konsultazzjonijiet ma’ diversi għaqdiet, fosthom l-FOI u l-GRTU. Laqgħat simili ser isiru mal-għaqdiet tal-bdiewa u l-Kamra tal-Kummerċ.
L-iskop ta’ dawn il-laqgħat hu li jinforma l-għaqdietdwar kif se titħaddem is-sistema ta’ monitoraġġ.
Il-prodotti li se jaqgħu taħt il-klawsolatas-salvagwardja huma dawk indikati fit-Trattat tas-Sħubija, jiġifieri dawk li huma nklużi wkoll fl-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) u dan jafuh kemm l-għaqdiet tal-bdiewa kif ukoll il-proċessuri. Wieħed allura jiskanta kif il-kelliem tal-Oppożizzjoni ma jafx b’dan.
Dan jgħodd ukoll għall-pjanijiet li l-kelliemtal-Oppożizzjoni qed jallega li ma ġewx pubblikati, liema pjanijiet ukoll huma indikati fid-dokument SMPPMA u fit-Trattat tas-Sħubija. Dawn il-pjanijiet bdew jitħaddmu minn Lulju tas-sena 2002. Fil-fatt l-iskemi ta’ għajnuna fis-settur tal-biedja qed jitħaddmu bl-akbar impenn u serjeta’ bħal fil-każ tat-tadam għall-ipproċessar. Għalhekk il-Ministeru ma jistax jifhem kif il-kelliem ta’ l-Oppożizzjoni qed jgħid li l-bdiewa ma jafux dwar dawn il-pjanijiet.
Dawn il-pjanijiet u skemi qed jintlaqgħu tajjebħafna mill-bdiewa u r-raħħala. Il-Ministeru hu impenjat li jwettaq dawn il-pjanijiet kif ukoll skemi oħra, bħal proġetti pilota ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk l-iskemi miftehma mal-Unjoni Ewropea wara d-data tas-sħubija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow