Laqgħat mal-Ministru Tuneżin għat-Turiżmu
pr884
18/07/2003
| Il-Ministru | għat-Turiżmu, Francis Zammit Dimech għadu kif irritorna mit-Tuneżija fejn kellu laqgħat importanti mal-Ministru Tuneżin għat-Turiżmu, Mondher Zenaidi. F'dawn il-laqgħat il-Ministri qablu li jkomplu jsaħħu l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tat-turiżmu, b'mod partikolari biex turisti li jiġu minn pajjiżi 'l bogħod iżuru kemm lil Malta kif ukoll lit-Tuneżija. |
| Il-Ministru | Tuneżin laqa' wkoll stedina tal-Ministru Malti biex iżur Malta aktar tard u biex titlaqqa' l-kummissjoni mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi biex ikun hemm l-akbar kollaborazzjoni fil-qasam tat-turiżmu. |
| Waqt iż-żjara | tiegħu, il-Ministru Zammit Dimech ippreżenta wkoll trofew lil diversi Maltin li ħadu sehem f'regatta ta' sailing boats u dgħajjes li telqet minn Malta għal Hammamet fit-Tuneżija. Il-Ministru Zammit Dimech segwa wkoll l-aħħar proġetti turistiċi li qed jitwettqu f'Hammament u f'Port el Kantaoui u ddiskuta diversi każijiet ta' investiment Malti fi proġetti bħal dawn. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en