Left arrow Go Back

Preżentazzjoni ta’ Pittura

pr878
Date Icon 16/07/2003

Il-Ministru tas-Saħħa ingħata pittura biż-żejt fuq it-tila biex tiġi esebita f’xi sptar għall-qima u d-devozzjoni tal-pubbliku u l-pazjenti. Il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara rċieva din il-pittura mingħand il-pittur Philippe Agius li rregalaha lill-Ministeru tas-Saħħa f’isem l-assoċjazzjoni International Art & Artists Malta.

Il-pittura turi lill-Patri Piju qiegħed jirċievi l-pjagi. Patri Piju kien waqqaf sptar "La Casa Sollievo della Sofferenza" f’San Giovanni Rotondo.

Dan il-kwadru sar fuq inizjattiva tal-PresidentArtist Philippe Agius flimkien ma’ artisti ta’ l-istess għaqda fosthom Carlino Gelfo u Lina Vella minn Ghawdex.
Il-pittur Philippe Agius qal li kienet ix-xewqa tad-donaturili jkomplu jxerrdu d-devozzjoni lejn Patri Piju.
Il-Ministru tas-Saħħa rringrazzja lil PhilippeAgius ta’ din l-għotja. Hu qal li d-Diviżjoni tas-Saħħa jkollha diversi għotjiet simili u wieħed isib diversi kwadri b’tema reliġjuża esposti fl-isptarijiet. Id-Diviżjoni tas-Saħħa b’dan il-mod tkun qed tgħin biex jingħata għarfien għal xogħol ta’ artisti Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow