JITKOMPLA L-PROĠETT TA’ TINDIF FIŻ-ŻONA INDUSTRIJALI TA’ L-IMRIEĦEL U JIBDA PROĊESS TA’ L-INDAFA
pr876
15/07/2003
| Il-Ministru | għar-Riżorsi u l-Infrastruttura flimkien mas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għamlu żjara f’żona industrjali ta’ l-Imrieħel fejn segwew ħidma ta’ indafa li qed issir. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo irringrazzja lill-Ministeru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura immexxi mil-Ministru Ninu Żammit li bħal ma għamel il-ministru preċedenti, qed jerġa jieħu l-inkarigu li jnaddaf skart li kien ġie imwaddab f’din iż-żona. Dan l-iskart mhux biss kien qed joħloq inkonvinjent ambjentali iżda wkoll qed joħloq periklu ghas-saħħa tal-ħaddiema u għall-ażjendi li huma fil-qrib ta’ dik li żviluppat bħala miżbla f’nofs żona industrijali . |
| Dwar | dan kollu is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sostna li ma jistax ikollna min jikser il-liġi u jwaddab skart f’żoni industrjali fejn jaħdmu numru ta’ ħaddiema. Dan jista jkun ta’ periklu għas-saħħa kif ukoll għal industrija. |
| Ma | jistax ikun li llum il-Gvern inaddaf u mbgħad jiġi min jarmi bil-liberta` kollha. Illum mhux biss qedghin innaddfu iżda wkoll ninawguraw sistema ta’ sorveljanza b’CCTV u min jinqabad jigi mħarrek. Diġa ġiet imgħoddija informazzjoni lil Pulizija li turi evidenza dwar persuni li qed jarmu skart f’dan il-post biex dan sabiex jittiehdu l-passi mehtiega. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal ukoll li l-MEPA intalbet biex tieħu kull mizura li taghtiha il-liġi biex nikkontrollaw aħjar x’jiġri f’dawn l-‘open spaces’ f’dawn iż-żoni industrijali. Dawn iż-żoni ndustrijali li ma jaqgħux taħt ir-responsabilita` tal-MDC ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala żoni li fihom kulħadd jista’ jibqa jaħseb li jista’ ikompli jagħmel li jrid. Huwa tenna li f’dawn iż-żoni industrjali jrid ikollna s-serjeta ser ikun assigurat li jkun hawn dixxiplina biex kemm il-ħaddiema kif ukoll l-ażjendi li għadna jkunu mħarsa minn kull periklu. |
| F’indirizz | lill-istampa l-Onorevoli Ministru Ninu Żammit qal li l-priorita` tal-ministeru mihiex biss it-tindif fit-toroq residenzjali iżda wkoll f’oqsma industrijali li għandna mifruxin f’pajjiżna. L-Onorevoli Ninu Żammit tenna wkoll li huwa l-ħsieb li jintużaw ir-riżorsi kollha tat-taqsima tax-xogħlijiet fid-diviżjonijiet rispettivi li jaqaw taħthom li jkomplu jgħinu permezz ta’ tindif u manutenzjoni f’dawn iż-żoni industrijali. |
| Dawn | il-kummenti kienu wkoll imsahhin b’dak li qalu l-uffiċjali tal-MEPA u l-Pulizija. Iż-żewg organizzazzjonijiet qed jaħdmu skond il-liġjiet rispettivi tagħhom biex jaraw li f’dawn iż-żoni industrijali tinżamm l-ordni li kull liġi titlob. |
| Kien | ukoll f’din l-attivita` li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo introduċa fuljett li fih jinkludi nformazzjoni dwar x’tgħid b’mod sempliċi l-liġi tal-Ambjent. Dan il-fuljett ser jitqassam lis-settur kummerċjali biex kull min qiegħed f’negozju jkun konxju tad-dmirijiet li għandu fiż-żamma tal-indafa u l-ħarsien tal-ambjent. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en