Left arrow Go Back

Aċċess għall-katalogi tal-libreriji ‘on-line’ u servizz aħjar għal min juża l-libreriji

pr859
Date Icon 11/07/2003
Minqal li l-Internet kien se jfisser daqqa ta’ ħarta kbira għall-kotba u materjal ieħor stampat ma kienx jaf li l-istess internet kien se jfisser ukoll opportunita’ biex il-libreriji kif ukoll kumpaniji li jipproduċu u jbiegħu l-kotba, isiru aktar aċċessibbli għall-pubbliku u joffru servizz aħjar.
Danqalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr.  Louis Galea meta flimkien mal-Ministru ghat-Teknologija tal-Informazzjoni u l-Investimenti, l-Onor. Dr.  Austin Gatt, tnieda servizz elettroniku ġdid fil-qasam tal-libreriji, magħruf bħala e-Libraries.
Permezzta’ l-“e-Libraries”, il-katalogi tal-kotba li hemm fil-Librerija Ċentrali, fil-librerija ta’ Għawdex u f’14-il librerija reġjonali u lokali (Mellieħa, Żejtun, Żebbuġ, Żurrieq, Naxxar, Siġġiewi, San Ġwann, Bormla, B’Buġia, Luqa, Mosta, B’Kara, Paola u Qormi), se jkunu aċċessibbli għal kulħadd permezz ta’ l-Internet.  Dan ifisser li kull min għandu aċċess għall-internet kemm jekk mid-dar kif ukoll mill-Kunsilli Lokali u postijiet oħra li joffru s-servizz ta’ l-Internet, ikun jista` jidħol fis-Sit tad-Dipartiment tal-Libreriji u jara x’kotba hemm fil-libreriji imsemmijin.
Wieħedjista’ jara wkoll jekk il-kotba jkunux fil-librerija jew mislufa.  Wieħed jista` jirriserva l-ktieb u jkun infurmat minnufih meta l-ktieb ikun jista` jinsilef.  Madankollu wieħed xorta waħda jkun irid jiġbor il-ktieb mil-librerija personalment.

Kull min jixtieq juża dan is-servizz għandu jmur fuq is-sit tad-dipartiment tal-Libreriji u Arkivji: www.libraries-archives.gov.mt jew inkella mis-sit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni: www.education.gov.mt

Id-Dipartimenttal-Libreriji u Arkivji se jkompli jaħdem biex kemm jista` jkun malajr, il-bqija tal-katalogi jkunu wkoll aċċessibbli, fil-fatt parti mill-kollezzjonijiet tal-Gozo Reference Library, diġa` huma aċċessibbli; filwaqt li għall-materjal tal-Librerija Nazzjonali diġa` hemm l-informazzjoni dwar il-Periodicals mill-1998 ’l quddiem kif ukoll informazzjoni dwar il-kotba tal-Melitensia mill-1990 ’l quddiem.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-libreriji tagħna b’modpartikolari l-Librerija Nazzjonali u l-arkivji fihom wirt ta’ valur inestimabbli, il-libreriji tagħna għandhom ammont kbir ta’ kotba li jistgħu jiġu mislufa, madankollu l-Gvern jixtieq jara aktar nies jużaw is-servizzi li joffru l-libreriji pubbliċi.
Ghalhekk qed jkompli bid-devoluzzjoni tal-libreriji lokali u reġjonalilill-Kunsilli Lokali kif ukoll qed jinvesti fit-teknoloġija biex jagħti aktar aċċess lill-pubbliku għall-kotba u l-qari.  Il-Ministru ħabbar ukoll li fi żmien qasir se jkun qed jipproponi liġi ġdida dwar il-Libreriji u l-Arkivji li għandha twassal biex dan il-qasam jingħata spinta biex ikompli jikber u jitjieb.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow