Dr. Francis Agius jappella ghal konsiderazzjoni Socjali
Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius dalghodu rega’ ghamel appell lill-Assocjazzjoni tas-Sidien tal-Karrozzi tal-Linja, biex terga tikkunsidra d-direttiva, li s-sidien taghha jinjoraw il- ‘KartAnzjan’.
Dr. Francis Agius qal li dalghodu numru kbir ta’ anzjani lmentaw mas-Segretarjat li qed jigu njorati meta jipprezentaw il-KartAnzjan u sahansitra kien hemm min ircieva kliem ta’ disprezz meta anzjani pprovaw jiddefendu dak li bi dritt hu taghhom.
Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Agius fakkar li din hija mizura illegali, fakkar ukoll li permezz ta’ din id-direttiva qed jintlaqtu l-iktar dawk il-persuni dghajfa u li l-iktar ghandhom jigu mwiezna fis-socjeta’.
Dr. Agius appella mill-gdid biex l-Assocjazzjoni tirtira din id-direttiva anti-socjali immedjatament; u terga tmur lura fuq il-mejda tad-diskussjonijiet biex tinhall il-kwistjoni ndustrijali.
Dr. Francis Agius tenna l-appell tieghu lill-anzjani li huma ntitolati ghall-KartAnzjan biex, fejn il-KartAnzjan ma tigix accettata, ghandhom jibqghu jirrappurtaw il-kaz lill-Pulizija sabiex jittiehdu l-passi mehtiega skond il-ligi.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en