Left arrow Go Back

SER TIĠI NFURZATA L-LIĠI DWAR IL-'BUSKERS'

pr845
Date Icon 10/07/2003
Is-Segretarju Parlamentarifil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo kellu laqgħat ma’ uffiċjali għolja tal-Pulizija, bl-iskop li jkun diskuss il-mod ta’ kif qed jidhru jiżdiedu diversi persuni li qed ibiegħu prodotti fuq bankini fl-inħawi ta’ tas-Sliema, Wied il-Għajn, Buġibba, u l-Belt.
F’dawnil-lokalitajiet qed jidher li fuq il-bankini qed jinbtu kważi swieq ġodda li qed joħolqu kemm inkonvenjent għal min jimxi fuq il-bankini, kif ukoll qed joħolqu kompetizzjoni ngusta ma’ dawk is-sidien li ma jistgħux ikunu miftuħa għan-negozju.
Dinis-sitwazzjoni qed iseħħ bl-iskuża ta’ liġi li tippermetti li huma biss “buskers” li m’għandhomx bżonn li jkollhom liċenzja tan-negozju, biex jaħdmu x-xogħol artistiku u ta’ artiġjanat, u mbagħad dawn ikunu jistgħu ukoll ibiegħu dak il-prodott li huma kapaċi jaħdmu fuq il-post.  Il-“buskers” huma wkoll dawk l-artisti li jistgħu jiefqu u jdoqqu mużika fuq bankina, u wara dawn jistgħu jingħataw donazzjonijiet mill-pubbliku preżenti.
F’danl-istadju gie diskuss ukoll il-kordinament ahjar għall-infurzar tal-liġi, biex ikun żgurat li fl-inħawi msemmija, jitħallew ibiegħu dawk biss li verament jikkwalifikaw bħala “buskers”.
Danifisser li skond il-liġi, dawk li għandhom jitħallew ibiegħu minn fuq bankini jew ‘public areas’ huma persuni li jdoqqu l-mużika u li ma jkunux miġbura f’ġemgħa ta’ iżjed minn sitt persuni u dawk il-persuni li jkunu kapaċi jaħdmu fuq il-post, prodotti magħrufa bħala artifatti u artiġjanali.
Dawkli kapaċi jaħdmu fuq il-post, prodotti ta’ din ix-xorta, jistgħu ukoll jitħallew ibiegħu dak li jipproduċu, iżda bl-ebda mod mhu ser jiġi tollerat li jitħallew li jkollna bejjiegħa li jbiegħu prodotti manufatturati fl-industrija, bħal ma’ wieħed b’mod ġenerali jista’ jsibu mibjugħ f’ħanut.
Lanqasma jista’ jkun permissibbli li jkollna individwi li jbiegħu fuq bankina bil-liċenzja ta’ street hawker,  meta skond il-liċenzja ta’ street hawker, il-bejjiegħ fit-triq ma jistax jostakola bankina jew jarma fuq bankina.
Dinl-informazzjoni qed tingħata biex ikun żgurat li f’pajjiżna jkollna liġi li qed tiġi segwita u hekk inkunu fl-aħjar pożizzjoni li d-dritt tal-buskers ikunu mħarsa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow