SERVIZZI GĦALL-ANZJANI U PERSUNI B’DIŻABILITÀ F’GĦAWDEX
pr817
04/07/2003
| L-Onor. Dr. Francis Agius, | Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, flimkien ma’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, il-bieraħ żar entitajiet li joffru servizzi għal anzjani u persuni b’diżabilità f’Għawdex. |
| Il-programm kien | jikkonsisti fi żjara fir-Residenza Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fl-Adult Training Centre, il-Fondazzjoni ARKA u l-Eden Foundation ġewwa Għajnsielem. |
| F’diskors ta’ l-okkażjoni, | il-Ministru Debono stqarret li matul dawn l-aħħar snin il-Gvern wettaq diversi inizjattivi fil-qasam soċjali f’Għawdex. Mil-lat infrastrutturali Residenza Sant’Anna hija l-konferma ta’ kemm il-Gvern jagħti importanza lejn servizz ta’ kwalità lill-anzjani f’Għawdex. Matul dawn l-aħħar snin, il-Ministeru għal Għawdex introduċa diversi servizzi oħra li minnhom ibbenefikaw direttament l-anzjani f’Għawdex, fosthom is-servizz tal-‘Platt Sħun’, il-ftuħ ta’ Ċentru ta’ matul il-Jum, l-introduzzjoni tas-servizzi ta’ Telecare u Handyman fid-dar ta’ l-anzjani nfushom, kif ukoll l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ l-Università tat-Tielet Età. |
| Il-Ministru | Debono rreferiet ukoll għall-ftehim li għamel il-Gvern mal-Fondazzjoni ARKA fejn matul is-snin li ġejjin l-istess Fondazzjoni tista’ tirċievi is-somma ta’ Lm195,000 sabiex tkun tista’ tipprovdi servizzi residenzjali għall-persuni b’diżabilità f’Għawdex. Permezz ta’ dan il-ftehim, li l-Gvern għamel inqas minn sena ilu, il-Gvern qiegħed jissussidja sitt persuni b’diżabilità li jeħtieġu livelli differenti ta’ support. Fl-istess ħin il-Fondazzjoni ARKA għamlet użu mill-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex, li ġew mislufa lill-Fondazzjoni filwaqt li kienu mħallsa mill-Gvern, sabiex iwettqu xogħol li jirriżulta f’titjib ta’ servizzi għall-persuni b’diżabilità. Dan sar sabiex tkompli tissaħħaħ il-politka tal-Gvern favur il-ħolqien ta’ servizzi residenzjali għall-persuni b’diżabiltà. |
| Il-Ministru għal | Għawdex irringrazzjat lill-membri tal-Fondazzjoni Arka u l-Fondazzjoni Eden, kif ukoll lis-Sorijiet Karmelitani u Dumnikani, li bl-inizjattiva tagħhom qed iwettqu tant ħidma fejjieda favur il-persuni b’diżabilità u l-anzjani fil-gżira ta’ Għawdex. Hija rringrazzjat ukoll lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru għal Għawdex li qed jinvestu tant ħin u enerġija sabiex jgħinu lill-persuni b’diżabilità u l-anzjani li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ l-Adult Training Centre u ta’ Residenza Sant’Anna. |
| Il-Ministru għal Għawdex | ikkonfermat li matul dawn l-aħħar snin il-livell ta’ l-għixien f’Għawdex huwa wieħed li kompla jogħla u li f’ħafna oqsma s-servizzi li hemm f’Malta bdew jiġu pprovduti f’Għawdex ukoll. Dan kien possibbli għaliex il-Gvern taħt amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kien iddeċieda li jwaqqaf Ministeru għal Għawdex li jifhem iktar il-bżonnijiet ta’ l-Għawdxin u għandu l-possibilità li jindirizzahom. |
| Meta kien qed iżur għall-ewwel | darba Residenza Sant’Anna, l-Onor. Francis Agius faħħar ix-xogħol li sar sabiex issa anke f’Għawdex l-anzjani nisa għandhom dar moderna li tilqa’ l-ħtiġijiet tagħhom. Huwa apprezza ħafna l-laqgħa akkoljenti li tawh ir-residenti u wiegħed li se jagħmel ħiltu kollha sabiex il-ħtiġijiet li għandhom l-anzjani jiġu indirizzati f’Għawdex, hekk kif isiru f’Malta. Dr Agius stqarr li hu impenjat li tkompli titjieb il-kwalità fir-rigward ta’ servizzi għal anzjani. Huwa se jfittex li opportunitajiet bħal taħriġ barra minn Malta, għal dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani u li jsiru minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, jingħataw ukoll lil impjegati f’dan il-qasam f’Għawdex wkoll. |
| Dr. Agius esprima s-sodisfazzjon | tiegħu li għat-tieni darba minn meta ġie maħtur Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali ltaqa’ mal-membri ta’ l-istaff ta’ l-Adult Training Centre ta’ Għawdex. Waqt li kien qiegħed iżur il-post huwa stqarr li fejn qabel persuni b’diżabilità kienu mwarrba mis-soċjetà, illum il-ġurnata għandna ċentri b’ħaddiema dedikati sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom lil dawn in-nies biex jintegraw rwieħhom fis-soċjetà. Huwa sostna li l-persuni b’diżabilità Għawdxin, l-istess bħal anzjani Għawdxin, huma fuq quddiem nett fil-prijoritajiet ta’ l-aġenda tiegħu. |
| Dr Agius irrefera għall-impenn | min-naħa tal-Gvern sabiex jibqa’ jtejjeb il-livell u l-kwalità ta’ għixien ta’ persuni b’diżabilità u anzjani f’Għawdex. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu li anke l-Knisja u s-settur privat qed jagħtu s-sostenn tagħhom sabiex jipprovdu servizzi professjonali favur il-persuni b’diżabilità u l-anzjani f’Għawdex. Filwaqt illi rringrazzja lill-Fondazzjoni ARKA u Eden, kif ukoll lis-Sorijiet Karmelitani u Dumnikani, tas-servizzi utli u ta’ fejda li qed jagħtu fil-gżira ta’ Għawdex, huwa stqarr li jeħtieġ li l-Gvern u l-privat jikkollaboraw dejjem iktar sabiex joffru l-aħjar servizzi possibbli lill-kommunità. Huwa rrefera għall-ftehim li għamel il-Gvern mal-Fondazzjoni ARKA f’Dicembru 2002 fejn huwa stipulat li l-Gvern jagħmel użu mill-faċilitajiet ipprovduti mill-Fondazzjoni ARKA bi ħlas. Dan ifisser li l-Gvern jissodisfa d-domanda għal iktar faċilitajiet u spazji għall-assistenza ta’ persuni b’diżabilita’ f’Għawdex permezz ta’ l-użu ta’ faċilitajiet eżistenti pprovduti mis-settur privat. |
| Residenza Sant’Anna tilqa’ fiha 81 residenta | f’ambjent akkoljenti u san. Hija l-alternattiva għad-djar privati li joffru postijiet ta’ residenza lil anzjani Għawdxin. Din ir-residenza, li hi l-unika waħda ta’ dan it-tip offruta mill-Gvern f’Għawdex, ġiet inawgurata f’Jannar wara li l-Gvern investa iktar minn Lm750,000 sabiex jitjiebu s-servizzi u l-faċilitajiet offruti minnha. |
| L-Adult | Training Centre li jinsab f’Għajnsielem huwa ċentru ta’ matul il-jum li jippermetti persuni b’diżabilità ta’ bejn id-19 u s-60 sena sabiex jattendu sessjonijiet ta’ taħriġ u tagħlim li jiffaċilita ħajja iktar indipendenti. L-Adult Training Centre joffri programm edukattiv intensiv li jvarja minn lifeskills sa sessjonijiet ta’ terapija li jinkludu Communication skills, Interaction skills, gardening, korsijiet ta’ crafts u tisjir. Bħalissa għaddejja ħidma sabiex jinbena ċentru ġdid u iktar modern fil-Belt Victoria fejn l-Adult Training Centre ikun jista’ jopera b’iktar faċilità. |
| Il-Fondazzjoni Arka | tmexxi Respite Centre li joffri servizz residenzjali u serħan lill-persuni ta’ kull eta’ li għandhom diżabilità, kif ukoll lill-familjari tagħhom. Iċ-ċentru huwa mgħammar bl-aħjar faċilitajiet, fosthom pools terapewtiċi, central heating, gym u leisure ground. Ir-Respite Centre jitmexxa minn staff professjonali u voluntiera. |
| L-Eden | Foundation f’Għawdex taħdem ma’ persuni b’diżabilità ta’ żvilupp biex tgħinhom jakkwistaw edukazzjoni u taħriġ marbutin mal-ħtiġijiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu isibu xogħol u jgħixu ħajja indipendenti. Fiċ-ċentru f’Għawdex jitfasslu programmi u terapiji għall-ħtiġijiet individwali ta’ kull tifel u tifla. Dawn jattendu ċ-ċentru wara nofsinhar, għaliex l-Eden temmen li post it-tfal b’diżabilità għandu jkun, kemm jista’ jkun, ma’ sħabhom fi skejjel regolari. L-Eden Foundation f’Għawdex tgawdi mis-servizzi speċjalizzati ta’ l-Eden Foundation f’Malta. Dawn jinkludu psikoloġi, terapisti f’oqsma differenti, ko-ordinaturi ta’ programmi edukattivi u dawk ta’ taħriġ. L-Eden Foundation regolarment tistieden esperti barranin biex iħarrġu iktar lill-istaff u jevalwaw il-programmi offruti. L-Eden Foundation għadha kemm ingħatat accreditation internazzjonali fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ta’ tfal li għandhom autism. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en