Left arrow Go Back

myWeb - Socjeta tassew inklussiva

PR81
Date Icon 22/01/2003

Illum il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, illum inawgura l-ewwel minn sensiela ta’ korsijiet myWeb, l-inizjattiva li qed jieħu l-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali permezz tal-Kumissjoni eMalta fejn bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jintużaw il-klassijiet ta’ l-Internet f’numru ta’ skejjel biex fihom, wara l-ħin ta’ l-iskola, iċ-ċittadini jitgħallmu l-ħiliet bażiċi fl-użu tat-teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni.

Dr. Austin Gatt, spjega li filwaqt li f’Malta hawn kważi 60,000 dar li għandhom aċċess għall-Internet, il-Gvern Malti għaraf il-ħtieġa li jindirizza l-problema tal-qasma diġitali, sabiex din il-qasma ma tinbdilx f’purtiera tal-ħadid li tifred lil dawk li jafu minn dawk li ma jafux. Il-Ministru Gatt spjega kif tmintax il-xahar ilu inħolqot il-kummissjoni eMalta, li permezz tal-pjan strateġiku tilħaq diversi għanijiet strateġiċi. Fost dawn kien hemm il-ġlieda kontra d-digital divide, u t-tisħiħ tal-edukazzjoni fl-informatika fil-livelli kollha tas-soċjeta.

Il-Ministru Gatt kompla li l-inizjattiva myWeb kienet inzjattiva maħsuba direttament biex permezz tal-kurrikulum, żvilluppat mal-MCAST, nies li qatt ma raw jew missew kompjuter b’idejhom, wara għoxrin siegħa ta’ taħriġ, in-nies ser ikunu jafu jużaw il-kompjuter, jikkomunikaw permez tal-email, u jinnavigaw fl-Internet.

Il-Ministru Gatt spjega li kull persuna li ser tlesti b’suċċess dan it-taħriġ bażiku ser tingħatha Webmail box permanenti, u kont ta’ l-Internet permanenti b’numru ta’ siegħat mħallsa. (Grazzi għall-Maltanet).

L-applikazzjonijiet għal dawn il-courses fetħu waqt l-IT & T Fair fin-Naxxar u applikaw aktar minn 5,000 persuna. L-etajiet ta’ dawn il-persuni kienu jvarjaw bejn 14 u 87 sena Fil-fatt din il-ġimgħa bdew it-taħriġ madwar 900 persuna fi 12-il skola f’Malta u Għawdex.

Dr. Austin Gatt spjega li l-Gvern ried li dan il-programm jkun tassew inklussiv, u kien għalhekk li ttieħdu diversi inizjattivi fosthom:

  • Il-kontenut kollu tal-kors ġie tradott għall-Malti
  • Il-kors ġie addattat fuq CD, fejn ser jitqassam lill-ISPs, skejjel, ħwienet tal-computers biex jitqassam b’xejn lill-pubbliku.
  • Ġiet żvilluppata eLearning Website, li hija interattiva biex wieħed jużaha biex isir iktar prattiku f’dawn il-ħiliet.
  • Il-kors ġie adattat għat-television biex jkun jista’ jintwera f’sensiela ta’ 20 programm fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni.

Il-pass li jmiss, kompla Dr. Gatt, huwa li l-kors ser jiġi adattat għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilita.

Sadanittant, Dr. Austin Gatt kompla li, matul id-diskussjonijiet tal-Gvern mas-Cisco Systems in konnessjoni mal-ftuħ tal-akkademja, urew l-interess li s-sistema l-ġdida tintuża mill-e-Learning tagħha għal dan il-proġett biex ikun showcase tat-teknoloġiji l-ġodda tagħha. Dan jfisser investiment ta’ madwar miljun dollaru.

Il-Ministru Gatt kompla li l-qasmiet soċjali huma realtà – la jiddependu mill-Gvern u lanqas mill-Oppozzjizzjoni – izda aktar ma jghaddi zmien qeghdin dejjem jiddependu fuq il-fenomenu tal-globalizzazzjoni.

"Jiena nqis din l-inizzjattiva bhala l-akbar arma tas-socjetà taghna biex neqirdu din il-qasma mill-eghruq, hija bla dubbju l-akbar inizzjattiva li qatt saret mill-Gvern biex jistimola s-socjeta ta’ l-informazzjoni," kompla l-Ministru Gatt.

Il-Ministru Gatt kompla li dan kollu izda ma’ sarx b’xi b’kumbinazzjoni jew wahdu, izda sar permezz ta’ politika siewja, team politku maghqud u b’sahhtu u hila fl-amministrazzjon pubblika.

Huwa temm li ahna rridu s-socjeta ta’ l-informazzjoni li tkun verament ta’ kulhadd u mhux tkun miftuha biss ghal dawk li jifilhu l-aktar, hija inkluzjoni socjali reali mhux tal-paroli fil-vojt jew tal-weghdiet fiergha. Dr. Gatt kompla li aktar minn hekk hija politika ta’ inkluzjoni bbazata fuq il-fatti u mhux il-paroli –imsejsa fuq il-bzonnijiet li ghandha s-socjeta taghna fil-millenju l-gdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow