Il-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino iniedi l-Fond għall-Ambjent
pr809
02/07/2003
| Il-Fond għall-Ambjent li hu mwaqqaf taħt l-Att | għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent se jkun jista’ jintuża biex jiffinanzja analiżi u stħarriġ biex jitħares l-ambjent u xogħlijiet oħra bl-istess għan, isewwi ħsarat kaġunati lill-ambjent inklużi dawk marbuta ma’ pjanijiet ta’ kontinġenza u emerġenza bħal fil-każ ta’ tniġġiż ambjentali jew xi diżgrazzja ambjentali oħra u jiffinanzja attivitajiet oħra fosthom dawk magħmula minn għaqdiet mhux Governattivi. |
| Dan qalu l-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent, | l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tnieda uffiċjalment il-Fond għall-Ambjent. |
| Ic-Chairperson tal-Fond hu s-Sur Tonio Portughese, | filwaqt li l-membri se jkunu s-Sinjorina Pauline Grech, li kienet nominata mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) u s-Sur Paul Micallef li kien nominat mill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici. |
| Il-Ministru Pullicino spjega li l-Fond għandu | personalita’ ġuridika distinta mill-Gvern u mill-MEPA. Hu qal li l-fond jista’ jirċievi fondi li jew ikunu vvutati lilu direttament mill-Parlament, jew b’donazzjoni li tista’ ssir minn kull persuna jew entita’. |
| Il-MEPA għandha skond l-Att għall-ħarsien ta’ l-Ambjent, | tqiegħed fil-Fond kull somma ta’ flus li l-MEPA tista’ titlob bħala garanzija finanzjarja biex tpatti għal kull dannu li jista’ jiġi kaġunat lill-ambjent b’xi attivita’ li tenħtieġ liċenzja taħt l-Att għall-ħarsien ta’ l-Ambjent. |
| Il-Ministru Pullicino qal li l-MEPA hija obbligata | wkoll, taħt l-istess Att, li tqiegħed fil-Fond kull ammont li jiġi miftiehem bejnha u bejn min jinstab ħati li kkaġuna ħsara lill-ambjent bħala penali ta’ kompromess, minflok illi l-kawża tmur il-Qorti. Dan huwa mezz biex jevita dewmien sakemm tiġi rranġata l-ħsara u biex fl-istess ħin jiġi attivat il-prinċipju li min iħammeġ irid iħallas (‘polluter pays principle’). |
| Iċ-Chairperson tal-Fond għandu l-poter li jagħmel | azzjoni f’isem il-Gvern biex min jikkaġuna danni ambjentali jħallas lill-Fond somma ta’ flus biex tagħmel tajjeb għad-danni ambjentali li jkun ikkawża. |
| Din l-azzjoni għal ħlas ta’ danni ambjentali | tista’ ssir barra li jitħallsu spejjeż għal danni oħra ċivili. |
| Il-Ministru Pullicino qal li din l-azzjoni għal | danni ambjentali tippermetti li pajjiżna jkun f’pożizzjoni minn ta’ quddiem biex jkun jista’ jattwa d-Direttiva, li qed tiġi diskussa bħalissa, dwar Responsabbilta’ Ambjentali għall-ħarsien ta’ l-Ambjent u t-Tiswija ta’ Ħsarat Ambjentali "Environment Liability with regard to the Prevention and Remedying of Environmental Damage". |
| Hu temm jgħid li minn studju li sar mill-Kummissjoni | Ewropea jirriżulta li l-impatt ta’ din id-direttiva fuq il-kompetittivita’ fl-industrija għandu jkun minimu. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en