IL-PADILJUN TA’ MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI
pr807
02/07/2003
| Bħal snin oħra, id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni | qiegħed itella’ l-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali li ser tkun miftuħa mil-lum, l-Erbgħa 2 ta’ Lulju sal-Ħadd 13 ta’ Lulju. |
| It-tema | tal-Padiljun għal din is-sena hi “Malta fl-Unjoni Ewropea – b’Ħila u b’Ħeġġa”. Fil-Padiljun wieħed isib informazzjoni stampata u awdjo-viżiva dwar id-diversi aspetti tal-bidliet li qed iseħħu f’pajjiżna fl-isfond tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. |
| Rappreżentanti taċ-Ċentru | ta' l-Informazzjoni Malta-UE (MIC) ser ikunu preżenti fil-Padiljun għad-dispożizzjoni tal-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jitolbu informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea. Il-MIC ser jkollu wkoll il-fuljetti kollha bil-Malti u bl-Ingliż li ġew ippubblikati f'dawn l-aħħar xhur, u li fihom tagħrif dwar aktar minn 100 settur ta' l-ekonomija u x-xogħol. |
| Kull min iżur il-Padiljun | jista’ jieħu sehem f’kompetizzjoni billi jirrispondi numru ta’ mistoqsijiet permezz ta’ kwestjonarju. Fl-egħluq ta’ kull jum, matul il-ġranet kollha tal-Fiera, l-ewwel kwestjonarju li jittella’ u li jkun fih mill-anqas erba’ tweġibiet tajbin, jintitola lil kompetitur rebbieħ għal Go Mobile Pack. |
Ir-rebbieħa jitħabbru kuljum fuq il-website tad-DOI www.doi.gov.mt. L-istess informazzjoni tista’ tinkiseb billi wieħed icempel Freephone 153.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en