Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL‑OKKAŻJONI TAS-SITTA U ERBGĦIN EDIZZJONI TAL‑FIERA INTERNAZZJONALI TA’ MALTA – NAXXAR - 1 TA’ LULJU 2003

pr806
Date Icon 01/07/2003
L-UnjoniEwropea mhijiex biss Suq.  Din l-għajta smajnieha tredden f’widnejna fil-laqgħat u fil-paġni tal-ġurnali dejjem aktar ta’ spiss f’dawn l-aħħar xhur.  L-Unjoni Ewropea hija wkoll entità politika.  Issa tfasslet għaliha kostituzzjoni li tiġbor fiha kapitli dwar il-politika barranija u dwar il-ġustizzja u s-sigurtà interna, minbarra dawk dwar l-ekonomija.
Immaħadd m’għandu jimla rasu b’illużjonijiet.  F’dawn l-oqsma ġodda, l-integrazzjoni Ewropea, għat-tajjeb jew għall-ħażin, għadha lura.  L-Unjoni Ewropea għadha, l-ewwelnett u b’mod sħiħ, Suq – anzi l-aqwa Suq tad-dinja.
Għalhekkdin il-Fiera Internazzjonali ta’ Malta hija forsi l-post fejn iċ-ċelebrazzjoni tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni jistħoqqilha tkun l-aktar sħiħa u l-aktar unanima.  U m’għandix dubju li hekk hi.
L-UnjoniEwropea li fiha dħalna għad għandha l-iskop li tkompli toħloq u tibni spazju li fih jitkattar dejjem iżjed il-ġid u li fih il-ħajja dejjem tistagħna għal kull persuna u għall-popli kollha li jgħammru fih.  Iżda llum dan trid tagħmlu f’dinja ġdida.  M’għadhiex illum id-dinja maqsuma bejn, fuq naħa, l-appostli tax-Xellug, li jemmnu fil-ġlieda tal-klassi bejn ħaddiema u kapitalisti, u fuq l-oħra, l-appostli tal-Lemin, li jsostnu li s-swieq għandhom jitħallew għal kollox ħielsa, bil-Gvern jagħmilha biss ta’ arbitru li jdoqq is-suffara meta jintebaħ b’xi gambetta kerha wisq biex iħalliha tgħaddi.
Illum,il-mexxejja ta’ l-Unjoni Ewropea, li magħhom ingħaqadna, iridu jsibu t-triq ta’ l-iżvilupp sostenibbli f’dinja li sar għandha qafas ekonomiku wieħed, f’dinja dejjem aktar  ‘globalizzata’ jew ‘mondjalizzata’, dinja li donnha ħarbet f’mixjietha ’l hemm mill-kontroll tal-gvernijiet nazzjonali.
L-UnjoniEwropea għandha l-ħila trażżan il-ħarba sfrenata ta’ ‘globalizzazzjoni’ imxaqilba għal kollox fuq naħa waħda.  Dan ma wrietu mkien daqskemm bis-sehem li ħadet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fejn irnexxielha titkellem b’leħen wieħed.  Hemmhekk żgur li waħidna – aħna l-Maltin – konna nkunu bla saħħa biex niddefendu l-interessi tagħna.
Iżdahuwa ċar li, kif għedt fil-bidu, ħadd minna m’għandu jrawwem illużjonijiet.  Spiċċat it-tieni gwerra ta’ l-Iraq, u d-dinja reġgħet sabet ruħha wiċċ-imb-wiċċ mas-sitwazzjoni ekonomika skwilibrata ta’ qabel.  Bil-globalizzazzjoni, kulħadd qiegħed fl-istess żifna, iżda filwaqt li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika mexjin bil-pass tar-rock, il-bqija weħilna fi slow.  L-ekonomija Amerikana qiegħda tiżviluppa b’rata li qed taqbeż id-doppju ta’ dik ta’ l-Ewropa, imma fl-istess ħin, l-Istati Uniti qegħdin jimpurtaw mill-bqija tad-dinja wisq aktar milli qegħdin jesportawlhom.  Ir-rimedju veru għal din il-qagħda huwa biss żvilupp qawwi tal-produzzjoni Ewropea; imma dan jista’ jseħħ biss b’ko-ordinament wisq aktar effettiv tal-politika ekonomika tal-gvernijiet ta’ l-Ewropa.
Sfortunatament,sewwasew bħal Malta, l-Ewropa tinsab f’dilemma.  Minn naħa, biex terġa’ taqbad it-triq ta’ l-iżvilupp ekonomiku b’pass imgħaġġel, jeħtieġ li jiżdied l-investiment kemm privat, kif ukoll pubbliku.  L-investiment pubbliku huwa meħtieġ mhux biss f’dawk l-impriżi, li biex jirnexxu għadu meħtieġ ċertu tisħib tal-Gvern mal-privat, iżda wkoll u aktar fit-tagħlim u fit-taħriġ, fir-riċerka u fit-tiġdid teknoloġiku.  Mingħajr dan l-investiment, l-iżvilupp ekonomiku llum ma jistax iseħħ.
Mill-bandal-oħra, biex isostni l-valur tal-euro, l-Ewropa adottat ’l hekk imsejjaħ, “patt ta’ stabbiltà”.  Fost ħwejjeġ oħra, dan il-patt irażżan l-infiq pubbliku u huwa aktar adattat biex jikkontrolla l-inflazzjoni milli biex isewwi l-qagħda tal-lum.  Illum il-problema tal-qofol mhijiex li l-prezzijiet qegħdin jogħlew wisq imma bil-kontra: it-theddida hija għall-impjiegi, billi l-attività ekonomika tikber bil-mod wisq, jew xejn.
Huwaċar li l-gvern ma jistax iħalli li din it-theddida sseħħ.  Kieku r-ritmu tal-ħidma ekonomika kellu jbatti, kif ġara għal xi sentejn, anki l-gvern idaħħal inqas mit-taxxi u jonfoq iżjed fis-servizzi soċjali.  Huwa sewwasew id-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, bis-suq wiesa’ tagħha u bl-aċċess vantaġġjuż li tagħti għal swieq oħra, li huwa l-fattur li għandu jgħinna nkattru, minflok innaqqsu, il-ħidma ekonomika.  Issa warrabna l-isħab ta’ l-inċertezza; ir-rebbiegħa ġdida li jiena ħabbart għal Malta żgur li diġà qiegħda tinħass fil-kummerċ, imnejn għandha tinfirex ukoll għall-oqsma l-oħra ta’ l-ekonomija tagħna.
L-isforzikbar meħtieġa minna lkoll, u mhux biss mill-Gvern f’din is-sena, mil-lum sal-Fiera tas-Sena li ġejja, meta nkunu diġà sirna membri effettivi ta’ l-Unjoni, jiena narahom fi tliet oqsma prinċipali.
L-ewwelnett,jeħtieġ ko-ordinament biex nieħdu l-aħjar frott li nistgħu mill-ftehim tat-tisħib fl-Unjoni; it-tieni, jeħtieġ inkomplu b’impenn akbar il-proġetti kbar u żgħar li bdejna f’dawn l-aħħar snin u li jeħtieġ inwasslu għall-milja tagħhom, biex titqawwa l-attività ekonomika; it-tielet jeħtieġ li nużaw it-teknoloġija moderna biex insiru aktar effiċjenti bl-organizzazzjoni tax-xogħol, inkluż il-kontroll fuq in-nefqa pubblika u r-rispett tal-ġustizzja vera fis-servizzi kollha.
Jiena ċert li, kif bdejna paġna ġdida fl-istorjata’ pajjiżna, hekk ukoll qed jiġri llum fl-istorja tal-fiera.  Jiena, ngħid għalija, kellimtkom illum b’ton differenti minn tas-soltu.  Kellimtkom bħala poplu li ma ninsabux aktar fuq l-għatba, imma ġewwa d-dar ta’ l-Ewropa.  Perspettiva ġdida!
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow