PREZENTAZZJONI TA' GHAJNUNA FINANZJARJA MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
L-E.T. il-President ta' Malta, f'isem il-Malta Community Chest Fund, dalghodu ppreżenta għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn. Il-preżentazzjoni saret fil-Palazz, il-Belt Valletta.
It-total tas-somma ippreżentata tlaħħaq Lm58,057.
92 individwu u 18 Istituzzjoni filantropika bbenefikaw minn dawn il-fondi. L-individwi bbenefikaw minn total ta' Lm29,484 li minnhom, madwar Lm21,047 huma għajnuna għal apparat speċjali. Dan l-apparat speċjali jikkonsisti fi special wheelchairs, special buggies, lifting chairs u oħrajn.
It-total ta' donazzjonijiet li minnhom ibbenefikaw diversi istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet hu ta' Lm28,573. Fost dawk li rċevew l-għajnuna ippreżentata dalgħodu mill-E.T. il-President de Marco huma:
Malta Hospice Movement LM 6,000
Trasport għall-Ħajja Indipendenti LM 5,000
Monastero Santa Skolastika LM 2,500
Daughters of the Sacred Heart LM 2,100
Dar Sawra LM 2,000
Fondazzjoni Wens LM 2,000
Daniel Delicata Memorial Association LM 1,900
Soċjeta Maltija għat-trasport tal-Morda lejn Lourdes LM 1,000
Oratorju tas-Sależjani LM 1,000
Pax et Bonum LM 1,000
Istituzzjonijiet oħra huma, Dar Ħanin Samaritan, Good Shepherd Convent, Kummissjoni Pastorali Persuni Diżabilita u l-Kunvent tal-Franġiskani fost l-oħrajn.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en