IMNEDIJA WEBSITES GHALL-ISKEJJEL TAL-GVERN
Aktar minn 31,000 student fl-iskejjel Primarji u Sekondarji governattivi inghataw e-mail account kif ukoll inholqitilhom pagna personali fuq l-internet. Bhalissa wkoll l-ghalliema kollha fl-iskejjel tal-Gvern qed jinghataw e-mail account. Barra minn hekk 86 skola issa ghandhom il-facilita’ tal-internet. Dan thabbar mill-Ministru tal-Edukazzjoni Louis Galea meta dalghodu attenda ghat-tnedija tas-siti ufficjali fuq l-internet tas-setturi primarji u sekondarji fid-Dipartiment tat-Teknologija fl-Edukazzjoni. Il-Ministru Galea qal ukoll li l-iskejjel inghataw aktar minn 6000 kompjuter biex issa fl-iskejjel primarji hemm kompjuter ghal kull 7 studenti filwaqt li fl-iskejjel sekondarji hemm kompjuter ghal kull 14-il student. L-investiment totali tal-Gvern f’kompjuters u servizzi marbutin ma’dan il-qasam f’dawn l-ahhar sitt snin lahaq is-7 mijun lira.
Il-website ufficjali tas-settur primarju ghandha l-iskop li tghin lill-kapijiet tal-iskola biex isolvu problemi marbuta mal-kompjuters u suggetti relattati, tghin lill-ghalliema biex juzaw l-Informazzjoni Tekologija fit-taghlim taghhom, taghti aktar opportunitajiet lill-istudenti biex ikabbru l-gharfien ta’ din it-teknologija kif ukoll taggorna lill-genituri dwar il-hidma tad-Dipartiment fl-implimentazzjoni tal-informazzjoni teknologika fl-iskejjel.
Giet imnedija wkoll portal ghal Online ThemePacks. Kull ThemePack huwa progett fih innifsu li ghandu l-iskop li jipprovdi lill-ghalliema skemi ta’ lezzjonijiet marbutin ma’ temi partikolari, ideat ghal attivitajiet li l-istudenti jistghu jiehdu sehem fihom fil-klassi kif ukoll facilita’ biex l-istudenti Maltin jaghmlu kuntatt ma’ studenti ohra barra minn Malta.
L-indirizzi ta’ dawn il-websites huma: http://schoolnet.gov.mt/ictprimary u http://schoolnet.gov.mt/primarythemes
Il-website ufficjali ghall-ghalliema tal-kompjuters fl-iskejjel sekondarji hija r-rizultat ta’ hidma flimkien bejn l-Ufficjali Edukattivi fid-Dipartiment tat-teknologija fl-Edukazzjoni u l-ghalliema tal-Informazzjoni Teknologika fl-iskejjel sekondarji. Din il-website toffri minjiera ta’ informazzjoni ghall-ghalliema bhalma huwa marterjal li jistghu juzaw fit-taghlim taghhom kif ukoll tinkoraggixxi kollaborazzjoni bejn l-ghalliema ta’ dan is-suggett billi jaqsmu flimkien l-istess rizorsi u jiddiskutu bejniethom dan is-suggett permezz ta’ online forum . L-indirizz ta’ din il-website huwa: http://schoolnet.gov.mt/ictsec
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en