Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGHA TAL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA F’THESSALONIKI U GĦAS-SUMMIT TAL-PARTITI POPOLARI EWROPEJ
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għall-Grecja, fejn se jieħu sehem fil-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Summit tal-Partiti Popolari Ewropej.
Waqt il-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea huwa mistenni li jiġu diskussi fost ohrajn, ir-riżultati tax-xogħol li twettaq fil-Konvenzjoni Ewropea, it-tkabbir li jista’ jsir fil-futur, ir-refuġjati u l-emigrazzjoni.
Għal din il-laqgħa il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, ic-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana, u l-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Saviour Falzon.
Għall-laqgħa tal-Partiti Popolari Ewropej, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat minn Dr.Jason Azzoppardi.
Il-Prim Ministru se jieħu sehem ukoll fil-Konferenza ta’ l-Unjoni Demokratika Ewropea u fis-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u ħames pajjiżi tal-Balkani fejn se jiġu diskussi affarijiet ta’ materja reġjonali.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt 21 ta’ Ġunju.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en