e-Government: Lejn Servizz Pubbliku iktar Accountable u Effiċjenti
PR74
21/01/2003
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, u l-Ministru | tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli, illum niedew servizz ieħor ta’ Gvern Elettroniku, servizz intenzjonat lejn nies li m’humiex residenti Malta u li jkunu jixtiequ jixtru proprjeta’ immobbli f’Malta. |
| Il-Ministru Gatt, spjega li t-tnedija ta’ dan is-servizz, | jista jitqies bħala pass ieħor fit-triq dejjem iktar mgħaġġla, li permezz tagħha servizzi tal-Gvern jkunu mogħtija online. Il-Ministru Gatt ikkonferma li ninsabu fid-direzzjoni li l-Gvern jilħaq il-mira tiegħu li sa Marzu li ġej, 90% tas-servizzi tal-Gvern jkunu online. |
| Il-Ministru Gatt fisser, li l-għoti ta’ dawn is-servizzi | huma mingħajr dubju titjib fil-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu. L-iżvilupp teknoloġiku li hemm wara kull sistema ta’ l-eGovernment huwa marbut ma’ mod iktar effettiv ta’ kif nipprovdu servizz b’mod iktar effiċjenti u mingħajr skariġġ. Dr. Gatt spjega, li t-teknoloġiji użati, li huma żviluppati mill-Maltin huma mingħajr dubju fost l-aħjar li hawn fl-Ewropa. |
| B’hekk filwaqt li nimmoderniżżaw is-sistemi, qed | noħolqu iktar trasparenza u iktar accountability lejn il-klijenti. Dr. Austin Gatt fisser li irridu nħajru lin-nies jużawhom, għax dan iwassal biex jiġi eliminat l-klijenteliżmu. |
| Il-Ministru Austin Gatt, kompla, li permezz ta’ | dawn is-sistemi, id-dipartimenti tal-Gvern qegħdin jinformaw lill-klijent pass pass, dak li jkun qed isir mill-każ partikolari tagħhom. Huwa kompla, li dan qed iwassal ukoll biex tabilħaqq, qed tiżdied l-effiċjenza biex il-pubbliku, jkun jista jieħu servizzi b’mod li tassew jista jitqies bħala effiċjenti. |
| Il-Ministru Gatt, irriafferma l-impenn tal-Ministeru | tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex ikompli jniedi iktar servizzi ta’ e-Government, biex inkomplu fit-triq li tassew inkunu fuq quddiem f’dan il-qasam. |
| Dr. Gatt temm id-diskors tiegħu billi tenna, li llum | wasalna hawn għax il-Gvern prezenti nvesta bis-sħiħ fil-qasam tal-Informatika, bl-eċċezzjoni tas-snin 1996-1998, fejn kien hemm tnaqqis fl-investiment minn naħa tal-Gvern precedenti. |
| Minn naħa tiegħu l-Ministru tal-Finanzi John Dalli, | fisser li l-oġġettiv prinċipali wara dan il-proġett hija li ċ-ċittadin tassew jinqeda’ aħjar, kif ukoll li jiżdied l-livell ta’ trasparenza fl-operat tal-Gvern. Il-Ministru Dalli, fisser li l-fatt li l-klijenti tas-servizzi tal-Gvern jkunu qed isegwu dak li jkun qed jiġri mill-każ taghhom, jimmottiva l-effiċjenza fis-servizz pubbliku |
| Il-Ministru John Dalli, qal li permezz ta’ dawn is-servizzi | qed inpoġġu lid-Dipartimenti tal-Gvern biex iħarsu lejn il-klijent kif jiġri fil-privat, jiġifieri, l-klijent ikun il-pern madwar x’hiex jdur is-servizz. |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931