Arti u Kreattivita' tat-Tfal Favur in-Natura
PR72
21/01/2003
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis | Galea ippreżenta numru ta' kopji ta' l-Antoloġija ta' versi u arti ta' tfal, li hu riżultat ta' proġett tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex tiġi ċelebrata s-Sena ta' l-Eko-Turiżmu, kif dikjarata mill-Ġnus Magħquda fl-2002. |
| Il-ħsieb kien li t-tfal u l-adolexxenti | jiċċelebraw it-Tempji Maltin u l-abitat naturali tagħhom, mhux biss bħala riżors uniku għall-kamp turistiku, iżda wkoll b'sens ta' tpattija għall-atti vandali li jsiru kontra dan il-wirt imprezzabbli. |
| Dan il-proġett kien jinvolvi sessjonijiet | interattivi fiċ-Ċentru għall-Kreattivita' fil-Kavallier ta' San Ġakbu. L-animatriċi kienet Janet Caruana Savage li wżat diversi metodi, fosthom l-arti viżiva, il-kant, l-improvizazzjoni mużikali u t-teatru edukattiv. Ħadu sehem fil-proġett 40 skola bejn primarji u sekondarji, kemm statali kif ukoll tal-Knisja u privati. B'kollox ħadu sehem f'dan il-proġett 'il fuq minn 800 tifel u tifla, imqassmin fuq numru ta' xhur matul l-2002. |
| L-aħjar xogħlijiet u l-aktar versi oriġinali | bil-Malti jew bl-Ingliż, kienu inklużi fi ktieb b'kuluri vivaċi u li jappella mill-ewwel kemm għat-tfal kif ukoll għall-għalliema. |
| Il-Ministru Louis Galea qal li l-antoloġija saret | bil-kollaborazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iċ-Ċentru għall-Kreattivita', il-MEPA, l-MTA u l-British Council. Kopji ta' l-antoloġija ttieħdu diġa' fil-Kunsill ta' l-Ewropa, waqt sessjoni plenarja tal-Kunsill tal-Kultura, fejn intlaqgħet tajjeb. Issa hemm stedina biex l-aħjar xogħlijiet fl-antoloġija jiddaħħlu fit-Taqsima tat-Tfal u Żgħażagħ fir-Raba' Edizjoni tal-Biennal ta' l-Arti f'Malta (2003). |
| Fuq il-mudell ta' din l-antologija, Malta qed tlesti | antoloġija oħra għat-tfal u ż-żgħażagħ, din id-darba biex tkun ċelebrata l-presidenza ta' Malta fil-Kunsill ta' l-Ewropa, bejn Novembru 2002 u April 2003. |
| L-Antoloġija se titqassam fl-iskejjel u l-libreriji | kollha kif ukoll f'istituzzjonijiet edukattivi u fl-ambaxxati Maltin barra minn Malta. |
| Għall-preżentazzjoni kienu preżenti l-istudenti li | għamlu xi biċċa xogħol artistika jew kitba li nsibu fil-ktieb. Uħud min dawn l-istudenti spjegaw x'tgħallmu minn din l-esperjenza u spjegaw x'messaġġ riedu jwasslu permezz tal-versi u l-arti tagħhom. |
| Il-Ministru faħħar lill-istudenti għax-xogħol | tagħhom kif ukoll lil dawk kollha li kienu nvoluti fil-proġett. Hu qal li ċ-Ċentru għall-Kreattivita' qed jaqdi l-missjoni tiegħu permezz ta dawn l-inizjattivi. Hu qal li dan il-proġett jorbot ħafna aspetti importanti flimkien: l-arti, l-litteriżmu, l-kreattivita', t-turiżmu, l-imħabba għall-istorja u l-patrimonju kulturali Malti fost affarijiet oħra. |
| Louis Galea temm jgħid li l-Gvern se jkompli jagħti | kull appoġġ lil inizjattivi bħal dawn għaliex jemmen li joffru l-opportunita' lill-istudenti kollha jiżviluppaw u juru l-ħiliet kreattivi tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931