DR. FRANCIS AGIUS JINAWGURA – ‘SHARE YOUR HEART ACTIVITY’
Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr. Francis Agius, dalghodu inawgura ix-‘Share your Heart activity’. Din l-attivita’ kienet organizzata mill-assocjazzjoni Maltija tas-social workers flimkien ma’ l-artist Malti Dennis Calleja.
Din is-sena l-Unjoni Ewropea iddikjarat is-sena 2003 bhala sena Ewropea tal-persuni b’dizabilita’. L-ghan ta’ din is-sena huwa li jinfirex l-gharfien fuq id-dizabilita’ b’inizjattivi li jolqtu l-kwalita’ tal-hajja tac-cittadini b’dizabilita’, ghixien indipendenti, u partecipazzjoni shiha.
Fuq il-vapur t’Ghawdex dalghodu kien hemm atmosfera kompletament differenti mis-soltu. Erbatax-il persuna minn dar il-Kaptan fl-Mtarfa u l-Adult Training Centre ta’ Ghawdex, li jsofru minn dizabilita’ kellhom l-opportunita’ li jesprimu dak kollu li jhossu permess ta’ tpingija li jpingu huma stess. Fid-diskors tieghu Dr. Agius qal li jhoss li attivitajiet bhal dawn ghandhom jkollhom kull tifhir u apprezzament ghax b’hekk dawn il-persuni qed ikollhom l-opportunita` li jizvilupaw talenti li forsi qabel lanqas biss wiehed kien johlom li jara minn persuni bhalhom.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li hu, flimkien mal-Gvern, huwa impenjat li jassigura li dawn il-persuni jkunu trattati minghajr diskriminazzjoni u li jgawdu mill-istess beneficcji bhal kull cittadin iehor. Dr. Agius ghamel referenza ghal konferenza li kellu kmieni x-xahar li ghadda gewwa Malga fi Spanja fejn tenna li dik il-konferenza tkellmet car fuq il-pjan ta’ hidma li ghandu jsir ghal ghaxar snin li gejjin.
Huwa qal li meta nbnew il-vapuri l-godda tal-Gozo Channel, il-Gvern prezenti ra li dawn ikunu accessibli ghal persuni b’dizabilita’. Zied jghid li huwa tajjeb ukoll li din l-attivita’ saret fuq il-vapuri li jghaqdu dawn iz-zewg gzejjer ghax hekk ukoll qed nghaqdu dawn il-persuni flimkien.
L-Onor. Frans Agius tenna li hu jappogja attivitajiet bhal dawn u heggeg il-poplu Malti u Ghawdex halli jkompli jqajjem kuxjenza sabiex dawn il-persuni jkomplu jizviluppaw it-talenti taghhom u jkollhom post li jixirqilhom fis-socjeta’. Dr. Agius gie ipprezentat b’tpingija maghmula minn persuni b’dizabilita’.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en