Left arrow Go Back

ŻJARA MILL-PRIM MINISTRU L-HON. DR EDDIE FENECH ADAMI FIL-KUMPLESS SPORTIV TAL-KOTTONERA – 21 TA` JANNAR 2003

PR71
Date Icon 21/01/2003
Dalgħodu il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami żaris-sit tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera sabiex isegwi l-aħħar fażijiet tax-xogħol ta’ dan il-proġett.
Jilqgħu lill-Prim Ministru fuq is-sit kien hemm is-SegretarjuParlamentari l-Perit Jesmond Mugliett u l-Ministru Louis Galea, periti u d-diversi kuntratturi. Is-Segretarju Parlamentari Mugliett spjega li l-proġett miexi skond il-programm. Fil-fatt il-proġett wasal fl-aħħar fażijiet tat-tlestija tiegħu fejn bħalissa qegħdin jitlestew xogħlijiet ta’ turġien, poġġamani, soffitti u twieqi ta’ barra. Waslu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet tas-servizzi bħal lifts, dawl etc.
Waqt il-mawra tiegħu, il-Prim Ministru waqaf jaraix-xogħol ta’ stallazzjoni ta’ solar water panels li ser jissupplixxu l-ilma sħun fix-showers kollha tal-kumpless. “Din hija l-ewwel darba li s-sistema ta’ enerġija alternattiva qiegħda tintuża fi proġett sportiv mibni mill-Gvern Malti” qal il-Perit Mugliett “Dan għandu jgħin sabiex l-ispiża rikorrenti meta jibda jitħaddem il-kumpless tinżamm baxxa.”
Il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami esprima s-sodisfazzjontiegħu li dan il-proġett, wasal lejn l-aħħar tat-tlestija tiegħu. Waħda mill-wegħdi elettorali għal din il-Leġislatura kienet li jinbnew tlett Centri Sportivi reġjonali fuq il-mudell tal-Kumpless Sportiv t’Għawdex. Meta l-Kabinett approva l-programm għall-bini tal-Kumplessi Sportivi Reġjonali, kien deciż ukoll li jitkompla l-investiment f’Kumplessi Sportivi Nazzjonali. Kien għalhekk li f’din il-Leġislatura intagħżlu bħala prijoritajiet il-Kumpless Sportiv ta` l-Universita`, fejn ftit xhur ilu tlestiet is-sala ewlenija wara nefqa ta’ Lm600,000; il-Kumpless Sportiv tal-Marsa, fejn hu anticipat li jintefqu Lm700,000 fuq diversi proġetti u l-proġett tal-Kottonera li mistenni jqum Lm2.2 miljuni.
"L-isport hu wieħed mill-ħafna setturi fejndan il-Gvern wettaq il-wegħdiet elettorali kollha. Dan il-kumpless huwa simbolu tal-impenn li nonoraw il-wegħdiet li għamilna kif ukoll tat-twemmin tagħna li b’facilitajiet sportivi jistgħu jgħinu fir-riabilitazzjoni socjali tal-Kottonera" qal il-Prim Ministru.
"Nafu li diġa` hawn interess minn ħafnagħaqdiet, assocjazzjonijiet u skejjel sabiex jibdew jużaw il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dan għandu jgħin sabiex jissaħħah il-volontarjat f’dawn l-inħawi u aktar nies igawdu mill-beneficcji ta` l-isport”, temm jgħid il-Prim Ministru.
Waqt il-mawra tiegħu fil-Kumpless tal-Kottoneral-Prim Ministru ltaqa` mal-Bord il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-isport. Il-Kunsill Malti għall-iSport sejjer jikkordina t-tmexxija tal-kumpless u ser ikollu l-ufficini tiegħu fl-istess kumpless għal dawn ix-xhur li ġejjin sakemm jitlestew l-ufficini fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa.
L-ewwel ġebla tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera kienet tqegħdetfiż-17 ta` Ġunju 2001. Ix-xogħol mistenni jitlesta ftit ġimgħat oħra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow