Left arrow Go Back

JINGHATA BIDU GHALL-EWWEL PROGETT KBIR TA’ AFFORESTAZZJONI

PR704
Date Icon 10/06/2003

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit dalghodu zar il-progett ta’ afforestazzjoni tal-Mellieha li jinsab biswiet it-Torri l-Ahmar fl-inhawi ta’ l-Ghadira. Dan il-progett li huwa ta’ tip rurali huwa maghruf bhala Foresta 2000, u fih medda ta’ madwar 3 kilometri kwadri. L-ghan tal-programm ta’ afforestazzjoni huwa li jinholoq “Masgar Malti” f’diversi lokalitajiet f’Malta u f’Ghawdex. 

Waqt li zar dan il-progett fil-Mellieha, li qed isir b’mod kongunt bejn is-Sezzjoni ghall-Parks u l-Konservazzjoni tal-Pajsagg, flimkien ma’ l-ghaqdiet mhux governattivi: l-Birdlife u Din l-Art Helwa, il-Ministru Zammit qal li l-beneficcju ta’ din is-sensiela ta’ progetti huma dawk ta’ ambjent isbah, ir-restawr ta’ l-ekologija, opportunitajiet ghar-rikreazzjoni, kif ukoll ghall-edukazzjoni u l-partecipazzjoni tal-komunitajiet ghall-harsien u l-immanigjar ta’ l-ambjent. 

L-ghan ta’ dan il-progett massiv ta’ afforestazzjoni mhuwiex li s-sit kollu ikun kopert bis-sigar izda li jkun hemm tahlita ta’ abitat ekologici diversi, bhalma huma x-xaghri, l-isteppa u l-makkja. Il-Ministru Zammit qal  li huwa l-ghan tas-Sezzjoni ghall-Parks u l-Konservazzjoni tal-Pajsagg li l-ghelieqi li qed jinhadmu prezentament jibqghu jinhadmu fil-futur anke meta l-progett ikun komplut. 

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura spjega li fl-ewwel fazi ta’ dan il-progett giet ikkontrollata l-erozjoni li kienet ikkagunata mill-vetturi li kienu jidhlu fl-akwati.  Fl-ewwel fazi, z-zona maghrufa bhala t-Taflija, inghalqet permezz ta’ ‘post and wire fence’.  Thawwlu numru ta’ sigar tul it-triq li taghti ghac-Cirkewwa  u ghat-Torri  l-Ahmar.  Dawn jikkonsistu primarjament f’tamarisk.  Twahhlu wkoll numru ta’ sigar taz-znuber. Il-Ministru Zammit qal li sfortunatament, il-vandalizmu ma naqasx.  Numru ta’ sigar insterqu, ohrajn kienu misjuba maqsuma jew mixhutin ma’ l-art u numru  ta’ zkuk li kienu uzati sabiex irazznu l-eruzjoni tat-tafal, insterqu.  Il-Ministru Zammit wera x-xewqa li fil-futur, il-kunsill lokali tal-Mellieha, li mill-bidu nett appoggja dan il-progett, jara kif ser inaqqas dawn l-atti vandali preferibilment b’sorveljanza frekwenti fiz-zona ta’ l-afforestazzjoni. 

Il-Ministru Ninu Zammit, fi tmiem iz-zjara tieghu f’dan il-progett, habbar li progett simili li qed jsir f’Pembroke jinsab fi stadju avvanzat. Fil-progett imsemmi diga’ inghata bidu ghat-tieni fazi, fil-fatt inbnew xi hitan tas-sejjieh, tqeghdet sistema ta’ irrigazzjoni bil-qtar u twahhlu mat-3,500 pjanta. Il-Ministru habbar ukoll li s-Sezzjoni ghall-Parks u l-Konservazzjoni tal-Pajsagg qed tippjana diversi progetti simili li jaghmlu parti wkoll minn parks nazzjonali, fosthom is-Salini, Hal Far u Xrobb l-Ghagin f’Delimara. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow