AKTAR XOGHLIJIET FIL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qieghed jiffinalizza x-xoghol fuq proposta ta’ provvedimenti legali godda ghat-tmexxija tal-Bibljoteka Nazzjonali, il-librerija centrali u l-libreriji regjonali u lokali, kif ukoll l-arkivji nazzjonali. Il-ligi se tahseb biex taggorna l-operat ta’ dan is-settur fid-dawl tal-izviluppi li saru fl-ahhar snin fil-qasam tax-xjenza bibljotekarja u fil-qasam tat-tekonologija tal-informazzjoni.
Dan qalu l-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea meta inawgura ufficjalment Dar tal-Kustodju fil-Bibljoteka Nazzjonali. F’din id-‘Dar’ issa hemm numru ta’ ufficcji godda, li fihom l-ufficjali tal-librerija jistghu jaghmlu x-xoghol taghhom f’aktar kumdita’ u f’ambjent isbah.
Id-Dar tal-Kustodju kienet inbniet mal-bini tal-Bibljoteka fis-snin 1790, bil-hsieb li jghix fiha (flimkien mal-familja tieghu) il-Bibljotekarju.
Din id-dar bdiet tintuza ghal dan il-ghan sa minn meta l-Bibljoteka bdiet tiffunzjona minn dan il-bini, jigifieri fl-1812. Damet tintuza hekk sa l-1880 u ghamlu uzu minnha l-ewwel Bibljotekarji, jigifieri l-Abate Gioacchino Navarro, il-Kanonku Giuseppe Bellanti u Dottor Cesare Vassallo. Kif sar Bibljotekarju Antonio Annetto Caruana, dan iddecieda li jibqa` jghix fid-dar tieghu u ghalhekk id-Dar tal-Kustodju spiccat vojta.
Ma tantx damet hekk ghaliex minn dak iz-zmien 'il quddiem, din id-dar, serviet biex ighix fiha l-impjegat li kien jaqdi wkoll id-dmir ta' kustodju tal-Bibljoteka.
L-ahhar hames kustodji li ghexu f'din id-dar, fl-ordni, sa mill-1925 il-lista taqra hekk:
· Gorg Pisani (1925 - 1949),
· Guzeppi Camilleri (1949 - 1960),
· Gorg Pisani li jigi iben Gorg Pisani msemmi aktar qabel f'din il-lista (1960 - 1963),
· Charles Lucas (1963 - 1969) u
· Guzeppi Scicluna (1969 - 1979).
Fl-1980 din id-dar sfat battala u giet mitluqa u abbandunata.
Peress li l-Bibljoteka ma kellhiex ufficini li setghu jahdmu fihom l-impjegati biex jilhqu l-bzonnijiet tal-lum, dan l-ahhar saru miljoramenti u xoghol ambizzjuz ta' restawr u hekk din id-dar regghet giet fl-istat originali taghha. F'din id-dar ser jibdew jahdmu disa` impjegati li bejniethom jiehdu hsieb s-sezzjonijiet tal-Biblijografija, Xiri ta' Kotba u Depoziti Legali.
Wara li inawgura Dar il-Kustodju, il-Ministru Louis Galea zar wirja ta’ dokumenti antiki fil-Bibljoteka akkumpanjat fost ohrajn mid-Direttur tal-Libreriji, s-Sur Philip Borg.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en