DISKORS MILL-ONOR. JESMOND MUGLIETT, MINISTRU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-KULTURA, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TAL-GĦAXAR EDIZZJONI TAL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR TA’ L-EWROPA – TA’ QALI – 2.6.2003
Illum qegħdin nagħtu bidu għall-akbar ġrajja sportiva li pajjiżna ra f’dawn l-aħħar snin. Qed insejħilha l-akbar ġrajja mhux biss minħabba n-numru rekord ta’ persuni li qed jieħdu sehem - daqs 1,400 atleta u daqstant ieħor voluntiera - iżda wkoll minħabba l-proċess ta’ preparazzjoni, speċjalment fid-diversità ta’ faċilitajiet li qed jintużaw f’dawn il-logħob.
Huwa xieraq li din iċ-ċerimonja tal-ftuħ qegħda ssir hawn f’Ta’ Qali, fl-akbar arena ta’ l-isport Malti. Dan l-istadium ukoll ra titjib u tkabbir fix-xhur li għaddew biex b’hekk qed jixhed aktar li l-bidla li kien hawn fl-isport Malti f’dawn l-aħħar snin ma seħħitx biss fl-għaxar dixxiplini sportivi li ser insegwu fil-ġranet li ġejjin.
Naf ukoll li bħalissa qegħdin jiġu segwiti minn waħda mill-akbar folol w udjenzi televiżivi li qatt inġabru għal avveniment sportiv f’Malta. Dan jagħtina sodisfazzjon ikbar għax wara kollox l-għan ewlieni ta’ dawn il-logħob huwa li nressqu l-isports aktar viċin tal-bniedem sabiex japprezzah aktar, jgawdi mill-ferħ li jġib miegħu u forsi jibda’ jipprattikah ukoll.
L-għan li kull atleta jagħti l-aqwa u joħroġ il-kapaċita’ kollha tiegħu jew tagħha, fil-limiti tal-‘fair play’ jibqa’ jgħodd u nistennew dan l-impenn minn kull atleta. L-akbar xewqa tiegħi hija li kulħadd jipparteċipa f’din il-festa sportiva u li jingħata appoġġ lill-atleti b’entużjażmu u kulur.
Nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti, l-assoċjazzjonijiet sportivi, l-isponsors, id-dipartimenti tal-Gvern u dawk il-persuni kollha li b’xi mod għamlu dawn il-logħob realtà.
I wish to extend a warm welcome to our foreign guests, particlarly the athletes gathered here. We will be looking forward to see each and every one of you give his best in the spirit of fair play. May I also invite our friends from abroad to assist us in making a week of friendship through sports out of these Games.
I hope that your exploits in Malta will lead you to better achievements, and that you will carry the joys and satisfactions that these Games will give you for the rest of your lives.
Fl-aħħar nett nittama li l-ispirtu ta’ dawn il-logħob u t-tkabbir fil-kultura sportiva tagħna jkomplu għaddejjin fis-snin li ġejjin. J’Alla dawn is-sitt ijiem ikunu mera ta’ dak li hemm jistenniena fil-futur.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en