Left arrow Go Back

SKEMA TA’ SUSSIDJU FUQ TADAM IPPROĊESSAT - 2003

PR673
Date Icon 02/06/2003

Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħabbar li se jibdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għal sussidju bir-rata ta’ 7ċ kull kilo tadam, li jitwassal għand il-proċessuri matul is-sena 2003.  

Il-formoli ta’ l-applikazzjoni għal dan is-sussidju (Form A) jistgħu jinkisbu mingħand il-proċessuri minn nhar it-Tnejn, 9 ta’ Ġunju, u jridu jiġu ttimbrati mill-proċessur. Il-formoli mimlijin u ffirmati kemm mill-applikant kif ukoll mill-proċessur għandhom jitwasslu fl-Uffiċċju tal-Extension Service tal-lokal, jiġifieri fl-Għammieri, Mosta, Rabat, Siggiewi u Zabbar. F’Għawdex, il-formoli għandhom jitwasslu fil-Fergħa ta' l-Agrikultura, Dipartiment ghall-Proġetti u Żvilupp, Ministeru għal Ghawdex.  

Ma’ kull applikazzjoni li tiġi ppreżentata għandhom jiġu mehmużin kopji tal-pjanti uffiċjali maħruġa mill-IACS Unit li juru kull għalqa li fiha l-applikant qiegħed ikabbar it-tadam għall-ipproċessar. Dawn l-applikazzjonijiet (Form A) jintlaqgħu bejn it-Tnejn, 9 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa, 25 ta’ Lulju.  

L-ebda produttur ma jkollu dritt li jirċievi s-sussidju jekk ma jkunx ippreżenta din l-applikazzjoni fiż-żmien stipulat. 

Wara li jintemm l-istaġun tal-ipproċessar, kull applikant għandu jagħmel dikjarazzjoni li fiha juri l-kwantita’ ta’ tadam li jkun wassal għall-ipproċessar matul 2003.  

Din id-dikjarazzjoni ssir fuq formola li wkoll tinkiseb mingħand il-proċessuri (Form B), u trid tiġi ttimbrata mill-proċessur u ffirmata kemm mill-proċessur kif ukoll mill-produttur.  

Il-formoli mimlijin kif suppost għandhom jitwasslu fl-uffiċċju tal-Extension Service tal-lokal jew fil-Fergħa ta' l-Agrikultura, Dipartiment ghall-Proġetti u Żvilupp, Ministeru għal Għawdex, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 7 ta’ Novembru 2003. Ma din id-dikjarazzjoni għandhom jiġu mehmużin kopji ta’ l-irċevuti/vouchers li jinħarġu mill-proċessuri u li juru l-kwantita ta’ tadam (Kg) aċċettati għall-ipproċessar.  

Tadam li jitwassal fil-Pitkalija, minbarra dak li jitwassal għand id-depot tat-tadam għall-ipproċessar tal-Koperattiva Centrali tal-Bdiewa (F.C.C.S.), ma jkunx eliġibbli għal dan is-sussidju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow