Left arrow Go Back

INVESTIMENT INFRASTRUTTURALI GHAL TITJIB TA’ ZONI INDUSTRIJALI

PR660
Date Icon 29/05/2003

“Il-Gvern investa miljun u ħamsin elf lira (Lm1,050,000) fi proġetti nfrastrutturali għal titjib ta’ tlett żoni industrijali.  Dak li sar fil-Ħandaq, fl-Imrieħel u f’Ħaż-Żebbuġ ser isir fil-parti l-oħra ta’ l-Imrieħel, fil-Mosta u fil-Gudja.”   Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta mar izur xoghlijiet li saru fiz-zona ndustrijali ta’ Tal-Handaq. 

Meta ndirizza lill-istampa fiz-żona ndustrijali ta’ Tal-Ħandaq, l-Onor. Vassallo qal li “il-pass li jmiss issa huwa li nissensibilizzaw aktar lill-imprendituri sabiex jieħdu ħsieb aħjar iż-żoni ndustrijali fejn jaħdmu, filwaqt li l-Gvern jibqa’ joffri s-servizzi tiegħu biex jgħin lil dawn in-negozji jaħdmu f’ambjent aħjar minn dawn iż-żoni.” 

Ix-xoghol kollu li sar f’dan il-progett  infrastrutturali, li issa ġie fi tmiemu,  kien jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ bankini ġodda b’sistema ta’ ducts, kif ukoll għoti ta’ tarmac lil xejn inqas minn 11-il  triq fl-entratura ta’ din iż-żona. Dan ix-xoghol kien esegwit mill-kuntrattur responsabbli mill-proġett tat-toroq,  taħt id-direzzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq. 

L-Onor. Edwin Vassallo kompla jghid li “mhux biżżejjed li aħna ntejjbu l-infrastruttura fiż-żoni ndustrijali.  Hemm bżonn li dawn iż-żoni jsiru l-vera ċentri ta’ kummerċ organizzat. Issa ser inkomplu ntejjbu s-servizzi f’din iż-żona.”   

Se jingħataw l-ismijiet lit-toroq, kif ukoll bħal ma diġà sar b’success fiż-żona ndustrijali ta’ l-Imrieħel, qed isiru tħejjijiet sabiex jitwaqqaf kumitat ta’ konsultazzjoni magħmul minn imprendituri li joperaw minn din iż-żona. 

Hemm il-ħsieb ukoll li jsiru tabelli nformattivi fl-entratura ta’ kull żona ndustrijali msemmija, sabiex il-pubbliku jkun jaf x’servizzi joffru dawn iż-żoni ndustrijali.  Imbagħad il-pass li jmiss ikun, li meta jkollna ċentru ta’ kummerċ industrijali organizzat, inkunu nistgħu nitfgħu l-informazzjoni kollha dwar dawn l-intrapriżi ż-żgħar li jinsabu f’dawn iż-żoni, fuq sistema ta’ l-internet, li tkun tista’ tiġi illinkjata fil-web site tal-Ministeru. 

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo temm jghid li “li wieħed iħaddem negozju f’Malta mhux ħajja faċli.  Hekk kien minn dejjem, u hekk hu llum.  Għalhekk il-Gvern lest li jkompli jgħin sabiex is-sidien tan-negozji żgħar tagħna jkunu mgħejjuna jikkompetu aħjar sabiex isostnu n-negozju tagħhom.” 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow