Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. DR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U INTERN, FL-OKKAZJONI TA’ L-EWWEL ZJARA UFFICJALI FIL-KUNSILL LOKALI TA’ BORMLA, NHAR IT-TNEJN, 26 TA’ MEJJU, 2003

PR639
Date Icon 27/05/2003

Ghaziz Sindku, gheziez kunsillieri, lkoll ahwa Bormlizi. 

Huwa unur u fl-istess hin sodisfazzjon li niltaqa’ maghkom fl-ewwel vista ufficjali ma’ Kunsill Lokali wara l-hatra tieghi ta’ Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u Intern, li ghandu fi hdanu r-responsabbilita’ tal-Kunsilli Lokali. 

Kienet dejjem ix-xewqa tieghi li nkun ta’ servizz ghall-poplu u b'mod partikolari dak ta’ belti. Ghat-tieni darba gejt elett minn dan l-elettorat sabiex nirrapresentah u nkun xprun u haddiem sabiex din il-Belt tant sabiha li giet traskurata fil-passat tinghata lura l-hajja u d-dinjita’ li jixirqilha. Dan l-Gvern li jien parti sew minnu huwa determinat li jibdel u jiehu hsieb li din l-Belt sabiha mimlija tezori storici u umani titla l-fuq fil-livelli li belt moderna u ewropeja jixirqilha. 

Il-hidma li twettqet fl-ahhar legislatura kienet determinanti sabiex tkompla  process mibdi minn missieri li permezz tieghu Bormla  tkompliet timbidel. Infakkar li sar ir-restawr tal-Knisja ta’ San Pawl minn barra u minn gewwa, l-mina ta’ Santa Elena, l-mina tal-Polverista, twaqqa’ l-hajt tal-Bacir numru wiehed u x-xatt infetah ghall-ewwel darba f'mitt sena li kien ilu maghluq.  

Dawn fissru nefqa kbira da parti tal-Gvern Centrali, kif kienu ukoll id-Dar tal-Anzjani u l-Kumpless Sportiv, b'nefqa ta’ zewg miljuni fuq kull progett. Progetti li qed jibnu qafas ahjar sabiex l-ambjent shih taghna u tat-tieni distrett elettorali jinbidlu sew. 

Irrid nghid ukoll li anki fuq livell taghkom, dak ta’ Kunsilli Lokali, tul l-esistenza taghkom, il-Gvern Centrali ha hsieb li Bormla tircievi s-somma ta’ miljun u mija u sebat elef u wiehed u erbghin lira (Lm1,107,041). Figura li hija ukoll tixhed attenzjoni partikori bhalma nghata d-distrett kollu, ghax jekk wiehed ihares lejh kollu, jsib li gew allokati lil kull belt u rahal f'daqqa s-somma ta’ hames miljuni tlett mija u hamsa u disghin elf u seba mija u sitta u disghin  lira (Lm5,395,796.) skond l-annessa tabella. 

Dan huwa ghal passat u wiehed jrid jhares iktar lejn l-futur. Hemm progetti ohra li gejjin ghal beltna. Nfakkar li ftit qabel ir-referendum gie approvat mill-MEPA progett li permezz tieghu l-parti tal-hajt li ghad fadal quddiem Pjazza Gavino Gulija titwaqqa’ hija ukoll u fil-waqt li jibdew jigu restawrati l-bini storici li hemm fil-bacir, taqa’ l-ewwel bicca u flokha issir fergha aktar moderna u decenti tal-Bank of Valletta u t-tieni fazi, partijiet mizjuda mill-inglizi wara l-ahhar gwerra, jaqghu huma ukoll sabiex il-post jigi lura kif kien fi zminijiet passati kif ukoll sabiex n-nies li jghixu  Bormla Wharf fl-umdita’ jidhol id-dawl u raggi tax-xemx ghandhom.  

Mhux biss izda wiehed jittama li mhux il-boghod hafna, l-bacir kollu jkun jistgha jigi utilizzat u restawrat. It-tama tieghi hija li l-posizzjoni tigi sblukkata u l-processi li ilhom isiru diskussjonijiet fuqhom irendu tajjeb u dan jghaddi fl-idejn li jixraqlu. 

Irrid nghid ukoll li permezz tal-kollaborazzjoni kbira tal-Kottonera Rehabilitation taht it-tmexxija ta’ Ray Bondin, li jixraqlu t-tifhir taghna, se jsir progett ta’ riabilitazzjoni ta’ Pajzza Paolino Vassallo u ta’ l-ewwel zona pedonali fl-ewwel parti ta’ Triq Santa Teresa. Zewg progetti li ghandhom izidu t-tisbih tac-centru ta’ din il-Belt, sabiex Bormlizi u nies minn postijiet ohra jkun hemm aktar fejn jistghu imorru specjalment fil-ghaxija fis-sajf. 

Il-Gvern huwa mpenjat sabiex ikompli jibdel dawn l-akkwati u jrid ukoll li l-Kunsilli Lokali jimxu huma ukoll pass iehor ‘l quddiem. Il-kunsill m’huwiex wiehed fejn ghandu jkun hemm fl-ordni tal-gurnata l-politika partigjana, izda ghandu jkun il-lok ta’ kollaborazzjoni serja u inklussiva fejn ic-cittadini kollha jkollhom dritt ghall-attenzjoni. Dan m’huwiex il-parlament ta’ Bormla izda huwa parti mill-amministrazzjoni tal-pajjiz, sabiex permezz ta’ process ta’ demokrazija ahjar u diretta, c-cittadin igawdi ferm aktar mill-gid li l-finanzi pubblici jistghu joffru. 

Hemm bzonn li l-kunsilli jkunu aktar lok ta’ diskussjoni u dibattiti fuq is-suggetti kollha fejn l-attenzjoni tibda’ tinghata lejn l-aspett kulturali taghna. Ma jistghax jigi permess li nittraskuraw il-letteratura maltija, l-istorja taghna u l-arti taghna milli jigu kkunsidrati mill-klassijiet kollha tas-socjeta’. Hemm lok ta’ iktar progetti ta’ kultura li huma parti vitali minn hidmietkom.  

Anzi f'post bhal dan nghid li nhajjarkom sabiex f'kolloborazzjoni ma’ artisti lokali u mal-Muzewijiet taghna, jsiru wirjiet fuq bazi temporanja ta’ l-arti .Il-kultura u l-arti m’humiex biss il-Belt Valletta izda jistghu jinxterdu mal-pajjiz. Hemm bzonn li tkunu xpruni sabiex il-kultura taghna tkun aktar maghrufa. Hadt pjacir nara li gewwa l-Birgu saret CD ta’ dik il-Belt u nahseb li dan ghandu jkun progett tajjeb ghalikom ukoll. 

Hemm bzonn ninvolvu aktar nies. Il-poplu jrid jifhem li l-Kunsill Lokali jiddependi mill-partecipazzjoni ta’ aktar nies. Ma jistghax ikun li jibqa accettat li persuni kapaci ma’ jaghtux sehemhom u jhallu l-ispazju vojt semplicement ghax jinghad li l-kunsill huwa mhux lok ta’ tishih izda fejn titlef. Il-futur taghna jiddependi minn dan ukoll aktar kontribuzzjoni u partecipazzjoni. 

Id-demokrazija taghna hija wahda partecipattiva u tipprova taghmel aktar strutturi fejn ikollna wkoll thaddim ta’ demokrazija diretta. Ghalhekk dan il-Gvern qieghed jiehu hsieb li jdahhal l-eGovernment. Metodu tajjeb sabiex s-servizzi u l-informazzjoni tkun aktar ghad-disposizzjoni taghna lkoll permezz tat-teknologija moderna li intom ukoll bhal diversi kunsilli qed iddahhlu f’posthom. 

Naghlaq billi nghid li l-ghaxar snin esperjenza ta’ Kunsilli li ghaddejna minnhom m’ghandniex nitilfuhom izda ghandna nissudawhom u dan il-Gvern huwa kommess li jaghmel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow