Left arrow Go Back

SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI

PR616
Date Icon 21/05/2003

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr.  Louis Galea nieda t-tmien edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunita` lill-istudenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv, ikunu qed jilgħabu u jitgħallmu ma’ sħabhom.   

Skolasajf toffri wkoll l-opportunita` lill-ġenituri speċjalment dawk li jaħdmu biex fil-ħinijiet tax-xogħol, ikunu moħħom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal. 

Skolasajf 2003 ser tiftaħ il-bibien tagħha bejn l-14 ta’ Lulju u d-9 ta’ Settembru 2003, kuljum mit-Tnejn sal-Gimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m.  

Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti).  Iċ-ċentri ta’ Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.  

Louis Galea qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “Lejn Valuri B’Impenn”. Hu qal li l-valuri li qed niffukaw fuqhom huma -  Demokrazija, Dmirijet, Drittijiet u Inklużjoni. It-tema intgħażlet b’konnessjoni mas-sena tad-Demokrazija fl-Iskejjel, kif ukoll is-Sena Ewropea tal-Persuni b’Diżabilita’. 

Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja u ndipendenti,  jipparteċipaw fi Skolasajf.  Jieħdu sehem ukoll madwar 330 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema,  bħala ko-ordinaturi fl-iskejjel. 

Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-facilitator se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf, filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta. 

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari.  Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu l-quddiem fl-edukazzjoni. 

L-applikazzjonijiet għal Skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt    

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Ġunju.  Hemm ħlas nominali ta’ Lm 5 għal kull tifel jew tifla. 

Waqt din l-attivita’, il-Ministru Louis Galea inawgura wkoll Mini-Gymnasium ġdid li sar mill-iskola u mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.  Il-gym li għandu faċilitajiet diversi kif ukoll shower rooms se jkun qed jintuża kemm mill-istudenti waqt il-ħinijiet ta’ l-iskola, kif ukoll mill-komunita’ tal-Pieta’ wara l-ħin.  Il-Kunsill ta’ l-iskola se jkun qed jieħu ħsieb it-tmexxija ta’ dan il-gym wara l-ħin ta’ l-iskola.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow