Left arrow Go Back

Sensiela ta’ laqghat maħsuba biex iqarrbu entitajiet GOVERNATTIVI  lejn il-klienti tagħhom

PR607
Date Icon 20/05/2003
L-agenziji,dipartimenti u awtoritajiet li jamministraw proċeduri li jirregolaw in-negozju, ser ikunu disponibbli, u għandhom id-dmir biex jirrispondu u jisimgħu lil dawk li jkunu jridu jafu aktar dwar xi tfisser is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għan-negozju tagħhom.  Hekk qal is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta kien qed jindirizza lill-istampa dwar inizjattiva gdida biex ikun hemm iktar informazzjoni accessibbli ghall-imprendituri zghar u medji.
“Ladarbahuwa mistenni li fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea permezz tat-tkabbir, il-kummerċ bejn il-pajjiżi membri għandu jiżdied b’9%, l-ażjendi kummerċjali fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk ġodda, ser ikollhom opportunitajiet aħjar fejn jistgħu jiżviluppaw in-negozju tagħhom.
Dokumentippubblikat mill-Unjoni Ewropea, li jgib l-isem: “It-Tkabbir - X’jistgħu jistennew l-intrapriżi fil-pajjiżi ġodda minn dan it-tkabbir?” jagħti nformazzjoni rigward kull settur tan-negozju,  u x’ser ikun qed jistenna minn dan it-tkabbir.  Dan huwa dokument li filwaqt li jagħti l-informazzjoni, ghandhu wkoll jghin  biex l-intrapriżi jippreparaw aħjar għal dan l-avveniment.
F’pajjiżnajeħtieġ li f’din is-sena, inkomplu naraw li kull intrapriża u negozju żgħir jew kbir, ikollu l-informazzjoni meħtieġa biex ikun imħejji biex jibbenefika minn dan l-eżerċizzju ta’ tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea.
Ma jistax ikun li jkollna negozji li għaliex mhux ippreparati, jispiċċawma jieħdu xejn u ma jibbenefikawx minn din l-esperjenza ġdida, li ser inkunu qed ngħixu fiha.  Huwa l-impenn tal-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici,  li naraw li nużaw ir-riżorsi kollha tagħna biex nagħtu kull informazzjoni lin-negozji tagħna.
L-UnjoniEwropea ippubblikat dan id-dokument biex tqajjem interess fin-negozji tal-pajjiżi membri l-ġodda, dwar l-opportunitajiet u l-obbligi li ser ikollhom l-intraprizi fil-pajjiżi membri.
Għaldan il-għan, illum qed inħabbru sensiela ta’ laqgħat għal setturi differenti tan-negozju sabiex kull imprenditur ikun jaf aktar, minn fejn jista’ jieħu l-informazzjoni rilevanti għan-negozju tiegħu.
L-aġenziji,dipartimenti u awtoritajiet li jamministraw proċeduri li jirregolaw in-negozju, ser ikunu disponibbli  u għandhom id-dmir biex jirrispondu u jisimgħu lil dawk li jkunu jridu jafu aktar dwar xi tfisser is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għan-negozju tagħhom.  Fuq kollox iżda, dan huwa wkoll eżerċizzju maħsub biex iqarrab dawn l-entitajiet lejn il-klijenti tagħhom.
Flimkienirridu nibnu ekonomija li kapaċi tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-poplu tagħna. Flimkien irridu nkunu kapaċi nibnu ekonomija li kapaċi tikkompeti u tissaħħaħ fil-kompetizzjoni.  Dan naslu għalih kemm-il darba nkunu mħejjija għall-opportunitajiet li ser jiġu.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow