Left arrow Go Back

Messaġġ Mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni l-Onor. Censu Galea, Fl-Okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni - 17 ta’ Mejju 2003

PR602
Date Icon 16/05/2003
Dinis-sena s-suġġett tal-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni hi “Ngħinu lin-nies kollha tad-dinja jikkomunikaw”.
Bis-saħħata’ l-implimentazzjoni ta’ politika għaqlija tal-gvern, Malta u Għawdex diġà qed igawdu minn settur kompettitiv fil-qasam tal-komunikazzjoni.  Ir-riformi u t-titjib li daħħlu fis-seħħ fl-aħħar snin mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni qed jgħinu lill-Malta tieħu rwol aktar dirett u prominenti fil-ħolqien ta’ qafas tat-Telekomunikazzjoni fir-reġun Ewro Mediterranju.
Fatturinteressanti fil-qasam tat-Telekomunikazzjoni huwa l-fatt illi aktar ma jinfirex aktar jakkwista importanza u s-servizz jitjieb peress illi aktar nies ikunu jistgħu jikkomunikaw bejniethom.  Xhieda ta’ dan huwa l-fatt illi aktar ma jgħaddi żmien dejjem qed jiżdiedu l-abbonamenti f’kull servizz tat-Telekomunikazzjoni.
Eżempjuta’ dan huwa l-qasam ta’ l-internet fejn sa ftit snin ilu kien limitat  issa qed jintuża mhux biss mill-ftit intiżi fis-suġġett biex jikkomunikaw bejniethom, iżda nfirexx madwar il-pajjiż kollu u kull ma jgħaddi ż-żmien aktar u aktar nies qed jużawħ bħala mezz importanti biex jikkomunikaw bejniethom.
F’terminita’ komunikazzjoni, Malta żgur li m’għadhiex gżira għaliex il-facilità li wieħed jikkomunika mal-kumplament tad-dinja b’tariffi li jilħqu l-but ta’ kulħadd qiegħed dejjem jikber.  L-avanzi f’dan is-settur qegħdin ukoll iwasslu biex jiffaċilitaw il-mod ta’ kif kumpaniji kummerċjali joperaw.  Dan billi qed jinħolqu sistemi ta’ kif wieħed jaċċessa l-informazzjoni li jkollu l-uffiċċju jew fil-post tax-xogħol mill-kumdità ta’ daru.
Il-komunikazzjonielettronika qiegħda dejjem takkwista importanza akbar fit-tkattir ta’ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ l-pajjiż. Dan għaliex fid-dinja ta’ llum, aċċess u trasmissjoni ta’ informazzjoni b’aktar ħeffa, ħafna drabi jissarfu f’aktar kompettività f’organizzazzjoni kummerċjali.
Il-passimgħaġġel ta’ kif żviluppa dan il-qasam kien ċertament megħjun ħafna mill-liberalizzazzjoni tas-suq tat-telekomunikazzjoni. Permezz ta’ dan il-process mhux biss is-servizzi tjiebu iżda wkoll roħsu biex saru jintlaħqu min kulħadd.
Nistgħungħidu li llum kważi d-djar kollha għandhom linja tat-telefonija fissa u l-aċċess għall-cable tv huwa mifrux madwar il-pajjiż kollu.  Ma’ dan kollu, dan il-fattur mwuhiex qed jaqta’ qalb imprendituri ġodda milli jiddikjaraw l-interess tagħhom biex jidħlu f’dan is-suq. Huwa evidenti li dawn il-kumpaniji huma konvinti li dan il-qasam ser ikompli jikber u jipprovdi aktar opportunitajiet għal tkabbir.
Manistgħuwx ma nsemmux is-suċċess tal-politika fil-qasam tat-telefonija ċellulari li waslet biex dan is-servizz jinfirex għal żewġ terzi tal-popolazzjoni.  Sa l-aħħar ta’ Dicembru tas-sena l-oħra n-numru ta’ dawk li kellhom mobilephone kienet ta’ 276,859  u dan ifisser li n-numru ta’ linji ċellulari issa qabeż sew il-linji fissi. B’hekk dan il-mezz ta’ telefonija li qiegħed dejjem jitjieb u joffri facilitajiet ġodda, għandu l-potenzjal li jkun strumentali biex inaqqas l-hekk imsejħa digital divide.
L-internetmhux biss irrivoluzzjona il-qasam tat-telekomunikazzjoni billi pprovda opportunitajiet għal xogħol f’dan is-settur, iżda pprovda wkoll  opportunitajiet ġodda għal dawk li jużawħ. Dan billi għenhom jibnu vantaġġ kompettitiv bl-użu siewi tiegħu. L-abbonamenti ta’ l-internet s’issa huma nkoraġġanti u iktar minn 31% tad-djar Maltin għandhom aċċess għal internet.
Il-passli jmiss f’dan il-qasam huwa li jiżdiedu n-numru ta’ abbonamenti broadband.  Din it-teknoloġija tipprovdi aċċess u trasmissjoni ta’ informazzjoni b’aktar ħeffa u b’aktar effiċjenza, din is-sistema għandha wkoll il-potenzjal li tiġi estiża biex permezz ta’ l-ADSL wieħed mhux biss ikollu aċċess għall-internet iżda wkoll għall-servizzi oħra bħat-telefon u stazzjonijiet televiżivi.
Ta’min jinnota illi r-rata ta’ linji broadband f’Malta hi ta’ erba’ u erbgħin għal kull elf persuna, rata li hija għolha mill-medja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Setturieħor li ġie ntrodott dan l-aħħar bis-saħħa tal-liberalizzazzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni huwa il-Voice Over IP li tippermetti telefonati u trasmissjoni ta’ informazzjoni lejn barra minn Malta b’rati baxxi ferm.  Madankollu din it-teknoloġija għadha fil-bidu tagħha u l-kwalità tas-servizz fadallu x’jitjieb.
L-iżviluppfit-teknoloġija tal-Wireless Local Area Networks (WLANs) qegħda wkoll tiffaċilita komunikazzjoni aħjar f’bosta organizzazzjonijiet. Din hija sistema li tippermetti li diversi kompjuters jiġu mqabbda ma’ xulxin u jgħinu lill-ħaddiema jikkomunikaw bejniethom b’mod aktar effiċjenti.
Riformiu tibdil kontinwu fil-politika tal-gvern fil-qasam tat-telekomunikazzjoni ser jiżguraw li Malta tkun fuq quddiem meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra ta’ l-Unjoni Ewropea u mal-kumplament tad-dinja, f’dawn iż-żmienijiet fejn il-qasam ta’ l-informatika qed issir aktar importanti.
Il-fattli Malta qegħda f’pożizzjoni awtorevoli f’dan il-qasam jista’ jtiha rwol importanti fit-tisħiħ tad-djalogu u komunikazzjoni bejn kulturi u civilizzazzjonijiet differenti fir-reġun Ewro Mediterranju.  Malta diġà bdiet tieħu inizjattivi simili bi rwol importanti tagħha fil-programm Ewro Mediterranju imsejjaħ EUMEDIS, (Euro Mediterranean Information Society). Inizjattivi bħal dawn li huma mmirati biex jeliminawostakoli fil-komunikazzjoni fir-reġun, ser ikunu fuq quddiem fil-politika tal-gvern f’dan il-qasam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow