Left arrow Go Back

Il-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent jipparteċipa f’laqgħa Informali għall-Ministri ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea

PR601
Date Icon 16/05/2003
Il-Ministru għall-AffarjietRurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino ipparteċipa fil-laqgħa nformali għall-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa saret fil-gżira Griega ta’ Korfu bejn l-10 u t-13 ta’ Mejju u seħħet xahar qabel it-tmiem tal-Presidenza Griega.
Malta,flimkien mad-disa’ pajjiżi l-oħra li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla, kienet mistiedna tattendi għal din il-laqgħa.  Il-Presidenza Griega stiednet ukoll lit-tlett pajjiżi li bħalissa jitqiesu bħala kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-laqgħa ddiskutiet it-tema tal-kwalita’fl-agrikoltura u l-ħtieġa li anke fir-riforma tal-Politika Komuni għall-Agrikoltura, magħrufa bħala l-CAP, dan l-aspett jingħata l-kunsiderazzjoni li tixraqlu.  Il-laqgħa ddiskutiet ukoll l-importanza li jkompli jiżdied il-valur miżjud tal-prodotti biex bdiewa Ewropej jibqgħu kompetittivi ma’ bdiewa oħra li għandhom anqas spejjeż, iżda fejn il-kwalita’ ma tingħatax wisq importanza.
Fil-laqgħakien hemm qbil li tkun esplorata l-possibilta’ ta’ għajnuna finanzjarju u teknika biex il-bdiewa Ewropej jipproduċu u jippromwovu prodotti ta’ kwalita’ għall-konsumaturi Ewropej. Il-Ministru George Pullicino kellu wkoll laqgħa mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Sajd, Franz Fischler.
Waqtli kien għal-laqgħa ta’ Korfu, il-Ministru George Pullicino ltaqa’ ma’ residenti tal-gżira li huma ta’ dixxendenza Maltija.  Fil-laqgħa kienu diskussi inizjattivi li jistgħu jżidu l-kuntatti ta’ din il-komunita’ ma’ Maltin li huma nvoluti fl-istess setturi ta’ ħidma.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow