Left arrow Go Back

Fondi mill-Unjoni Ewropea biex is-settur kummerċjali jkun aktar kompetittiv u nnovattiv biex iwassal għall-ħolqien ta’ l-impjiegi

PR600
Date Icon 16/05/2003
“Il-Gvern huwampenjat li mad-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, is-settur kummerċjali jibbenefika wkoll minn fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex jitkattru l-impjiegi, tiżdied l-innovazzjoni, u s-sidien tal-ħwienet u stabbilimenti tagħna jkunu mgħejjuna biex jaħdmu f’ambjent aħjar”.  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, f’laqgħa li kellu mas-sidien tal-ħwienet tas-Savoy Shopping Arcade fil-Belt Valletta, illum il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju.
Mal-waslatiegħu, is-Sur Vassallo gie milqugħ mid-diretturi li jmexxu l-post u qabel ma’ ndirizza lill-media, żar diversi ħwienet u ltaqa’ ma’ propretarji u ħaddiema tal-ħwienet li hemm f’dal-kumpless.
Huwaqal li l-Unjoni Ewropea bi sħab mas-settur privat, toħroġ sa 70% mill-ispiża li tkun ser tintefaq sabiex :

1.   Isir tisbieħ fil-faċċati tal-ħwienet fil-village cores, fit-town centres u biex isir investiment fir-riġenerazzjoni ta’ toroq kummerċjali li huma storikament importanti u li maż-żmien setgħu ġew mitluqa.

2.   Titkattar l-innovazzjoni fil-ħwienet iż-żgħar.

3.   Tingħata għajnuna għall-iżvilupp ta’ assocjazzjonijiet ta’ ħwienet f’komunitajiet kummerċjali lokali.

4.   Tingħata għajnuna lill-artiġjani biex flimkien jippromwovu aħjar il-prodotti tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo temm jgħid li għaddejja ħidma preparatorja f’dan il-qasam fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi u hemm bżonn tal-parteċipazzjoni u proposti mill-assoċjazzjonijiet kollha ta’ l-imprendituri, sabiex is-settur kummerċjali kollu jgawdi mill-għajnuna u l-vantaġġi li toffri l-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow