Loghob tal-PajjiZi Z-Zghar f’Ghawdex
PR595
15/05/2003
| Bejn | it-Tlieta 3 ta’ Gunju u s-Sibt 7 ta’ Gunju, f’Ghawdex ser isiru l-kompetizzjonijiet tat-“table tennis” li jaghmlu parti mil-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żghar, li din is-sena ser jigu ospitati f’Malta. Dawn il-kompetizzjonijiet ser isiru fil-Kumpless Sportiv t’Ghawdex. |
| Il-kompetizzjonijiet | li ser isiru f’Ghawdex jikkonsistu f’dawk ta’ Men team, Womenteam, Men’s Singles, Men’s Doubles, Ladies’ Singles u Ladies’ Doubles. Il-loghob jibda nhar it-Tlieta, 3 ta’ Gunju; bl-ewwel u t-tieni Round ta’ l-irgiel u n-nisa, kif ukoll bit-tielet round ta’ l-irgiel. |
| Nhar | l-Erbgha, 4 ta’ Gunju, jissoktaw ir-rounds tan-nisa kif ukoll is-semi-final u l-final ta’ l-irgiel. Jibdew ukoll il-kompetizzjonijiet ta’ Men’s Singles li jissokktaw il-Hamis, 5 ta’ Gunju, filwaqt li fl-istess gurnata jibdew ukoll il-kompetizzjonijiet ta' Ladies' Singles. Nhar il-Gimgha, 6 ta’ Gunju jibdew u jigu konklużi l-kompetizzjonijiet ta’ Men’s u Ladies’ Doubles. |
| Il-loghob | tal-Pajjiżi ż-Żghar f’Ghawdex jilhqu l-qofol taghhom bil-loghob tas-semi-finals u l-finals ta’ Ladies Singles u Men’s Singles nhar is-Sibt, 7 ta’ Gunju, u wara ssir ic-cerimonja ta’ l-ghoti tal-premijiet ta’ l-ahhar kompetizzjoni. |
| Sabiex | dawn il-kompetizzjonijiet setghu isiru f’Ghawdex kien jehtieg impenn u kordinazzjoni shiha min-naha tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumpless Sportiv ta’ Ghawdex. |
| Fil-fatt, | matul dawn l-ahhar xhur twettqu progetti ta’ rinnovament u modernizzar fil-Kumpless Sportiv sabiex ikun konformi mar-regoli internazzjonali stipulati fir-rigward ta’ l-isport tat-table tennis. |
| Ghalhekk, | sar xoghol fuq il-parquet tal-kumpless sportiv. Injam li ma kienx ghadu tajjeb kellu jinbidel u inghatat polish apposta kif mehtieg ghal dan l-isport. |
| Gew | rinnovati wkoll ic-changing rooms tal-kumpless, filwaqt illi d-dawl tas-sala principali tal-kumpless sportiv gie miżjud sabiex issa jilhaq livelli nternazzjonali. L-ispejjeż involuti sabiex il-kumpless sportiv jilhaq dawn il-livelli internazzjonali kienu jammontaw ghal iktar minn Lm20,000. |
| Il-Kumpless | Sportiv ta’ Ghawdex ha hsieb jikkordina 30 voluntier minn Ghawdex stess sabiex jassistu lill-organizzaturi waqt dawn il-jiem ta’ loghob f’Ghawdex. Waqt il-hamest ijiem ta’ kompetizzjoni f’Ghawdex, il-Ministeru ghal Ghawdex ser jipprovdi wkoll it-trasport kollu mehtieg fil-gżira ghall-atleti u ghall-organizzaturi. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en