MESSAGG GHAL Jum Internazzjonali tal-Familja
PR582
13/05/2003
| Il-Kummissjoni | Nazzjonali Familja illum tingħaqad man-Nazzjonijiet Uniti sabiex timmarka l-Jum Internazzjonali tal-Familja. |
| Kulhadd | jitwieled u jgħix ġewwa familja ta’ xi forma jew oħra, sew jekk hija l-familja oriġinali, jew il-familja li jifforma, familja li taddottah jew li toffrilu kenn għal xi żmien, familja nukleari jew il-familja estiża. |
| Il-familja | hija dik l-istruttura li toffri stabbilita lil persuna, sabiex din tkun tista’ taffaċċja l-ħajja ta’ kuljum u taqdi d-dmirijiet tagħha. F’dawk il-familji li jiltaqgħu ma’ problemi, din l-istabbilita tista’ tkun nieqsa, u dan in-nuqqas jaffettwa l-mod kif il-persuni jgħixu l-ħajja ta’ kuljum. |
| F’dan | il-jum dedikat lill-familja, il-Kummissjoni Nazzjonali Familja tħeġġeġ lil Maltin sabiex jagħrfu l-importanza tal-familja f’soċjeta li dejjem qed tinbidel, u jsibu metodi sabiex isaħħuha. |
| Il-familja | tissaħħaħ meta l-membri tagħha jgħaddu ħin flimkien, jitkellmu dwar dak li jgħaddu minnu u joffru appoġġ lil xulxin. Il-komunikazzjoni bejn l-adulti, u bejn l-adulti u tfal hija l-mezz li bih il-membri juru li jimpurtahom minn xulxin, joffru kritika kostruttiva u jgħaddu l-valuri lil xulxin. |
| Fil-Jum | Internazzjonali tal-Familja, il-Kummizzjoni Nazzjonali Familja tħeġġeġ lill-familja kollha sabiex isibu l-hin biex ikunu flimkien u jitkellmu ma’ xulxin, ghax b’hekk ikunu qed jibnu familji b’saħħithom li jirfdu s-socjeta, u jsaħħuha biex tkun tista’ tiflaħ għall-isfidi. |
Other Press Releases:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935