Left arrow Go Back

NOMINA TA’ OSSERVATURI MALTIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

PR573
Date Icon 09/05/2003

L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anton Tabone, illum ġie infurmat uffiċjalment li l-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kienu nnominaw il-ħames Membri Parlamentari li se jinħatru Osservaturi fil-Parlament Ewropew.

Il-Membri nominati min-naħa tal-Gvern huma l-Onor. Josef Bonnici, l-Onor. Michael Frendo u l-Onor. Tonio Fenech, filwaqt li l-Membri nominati min-naħa ta’ l-Oppożizzjoni huma l-Onor. George Vella u l-Onor. John Attard Montalto.

Dawn il-Membri se jibdew l-impenji uffiċjalitagħhom minn nhar it-Tnejn stess meta huma mistennija jattendu s-sessjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir fi Strasbourg. Għal din is-sessjoni mistennija jattendu l-Osservaturi maħtura mill-għaxar pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.
F’ittra li bagħat lill-President tal-ParlamentEwropew, Pat Cox, l-iSpeaker tal-Kamra għaddielu l-ismijiet ta’ l-Osservaturi Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow