Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR FRANS AGIUS JATTENDI KONFERENZA TAL-KUNSILL TA’ L-EWROPA LI TTRATTAT IL-PERSUNI B’DIZABILTA’

PR572
Date Icon 09/05/2003

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius illum wasal lura minn Konferenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa fejn kien mistieden biex jattendi mill-Ministru tal-Politika Socjali Spanjol, Edwardo Zaplana.  Waqt li kien  qed jindirizza lill-istampa lokali mal-wasla tieghu lura, Dr. Frans Agius  qal li din kienet it-tieni konferenza li ttrattat il-persuni b'disabilita'.   L-ahhar konferenza saret fl-1991.

Dr. Frans Agius qal li tqajjem il-punt li ghandu jkun hemm awareness totali minn kulhadd dwar il-mod kif ghandhom jigu trattati l-persuni li jsofru minn xi forma ta' disabilita'.  Dr. Agius ikkumenta li Malta issa tinsab in line mal-pajjizi l-ohra fejn jidhlu ligijiet li jittrattaw persuni b'disabilita'.  Huwa ghamel referenza ghal-ligijiet li ghaddew fil-parlament Malti fis-sena 2000.

Il-konferenzaenfasizzat il-fatt li issa minn welfare state hemm bzonn naqilbu ghalbiex insiru welfare society. Kien ta' sodisfazzjon kbir li tara lil Malta tippartecipa ghal din il-konferenza f'din is-sena dedikata ghall-persuni b'dizabilita' mill-Unjoni Ewropea, kompla jghid Dr. Agius.
F'dinil-konferenza gie enfasizzat il-fatt li l-Gnus Maghquda ghandha tara li hafna minn dawn il-ligijiet  jigu mplimentati fid-dinja kollha. Kien hemm referenza ukoll li mhux biss ghandu jkun hemm accettazjoni fizika ghal dawn il-persuni imma wkoll accettazjoni totali mis-socjeta’ minghajr ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fuq il-post tax-xoghol, ghal dawn il-persuni li jsofru minn disabilita'.
Id-disabilita'mhix haga li tolqot lil kulhadd l-istess, imma hi xi haga personalizzata u li kull persuna ghandha tigi trattata fuq bazi ndividwali; ghax hadd hlief dawn il-persuni, ma jista' jifhem ahjar il-problemi li ggib maghha d-disabilita'  li ghandhom.
Dinil-konferenza ma setghetx issir  f'mument aktar opportun minnhekk, zied  jghid Dr. Agius.  Din il-konferenza qed thares il-quddiem lejn l-ghaxar snin li gejjin.
“F'mument meta jienabdejt din il-hidma gdida tieghi bhala Segretarju Parlamentari responsabli ghal persuni b'disabilita', mument importanti ghal Malta meta issa minn hawn u ftit xhur ohra, Malta ser tifforma parti mill-Unjoni Ewropea, ser nara li bhala Segretarju Parlamentari, ser ingibu l-fondi kollha mehtiega li joffri l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, halli jkun jista' jsir it-tahrig mehtieg kollu,  kemm ghall-persuni b'disabilita’ infushom, kemm ghall-hajja taghhom biex tkun iktar komda, kif ukoll bhala tahrig ghal dawk li jduru bihom.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow