Left arrow Go Back

Il-KUMMISSJONI NAZZJONALI FAMILJA TIPPREZENTA R-RAPPORT TA’ L-EWWEL SENTEJN TA’ HIDMA

PR567
Date Icon 09/05/2003
Il-KummissjoniNazzjonali Familja ghandha r-rwol importanti li tiggwida lill-gvern bil-pariri taghha  fit-tfassil tal-politika ghall-familja.  Dan qalu l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi,  waqt laghha li matulha l-Kummissjoni Nazzjonali Familja ppreżentat ir-rapport ta’ l-ewwel sentejn ta’ ħidma tagħha.  F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni elenkat l-attivitajiet u inizjattivi li ttiehdu matul dawn is-sentejn.
Il-Kummissjonitwaqqfet bl-iskop li taghti parir lil gvern dwar it-tfassil ta’ politika ghall-familja, tiffacilita l-kordinazzjoni tas-servizzi li jinghataw lill-familji u tistudja l-impatt socjali u ekonomiku ta’ tibdil leġislattiv fuq il-familja.  Matul is-sentejn li ilha mwaqqfa, il-Kummissjoni ħadmet biex tistabbilixxi ruħha u tagħmel dik ir-riċerka meħtieġa sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet li għalihom twaqqfet.
Ir-rapport ta’ħidma tal-Kummissjoni jagħti ħarsa lejn dawk l-inizjattivi li ttiehdu f’diversi oqsma, li jinkludu riċerka, laqgħat u konferenzi, u l-qasam leġislattiv.
Konferenzanazzjonali bit-tema Building Bridges: Networking between Family Services, li ġiet organizzata fil-15 ta’ Mejju 2002, li jaħbat Jum il-Familja ġabet flimkien lill-entitajiet governattivi u s-socjeta’ civili nvoluta fil-qasam tal-familja.  F’din il-konferenza gew identifikati aspetti fejn il-koperazzjoni bejn l-entitajiet hija b’saħħitha, u oqsma fejn din ghandha titjieb.
Minn suġġerimentili ħarġu f’din il-konferenza, il-Kummissjoni ħadet spunti u bdiet tistudja oqsma ta’ servizzi sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-suġġerimenti tagħha dwar kif dawn għandhom jitjiebu.  Saru ukoll diskussjonijiet ma’ numru ta’ entitajiet, fosthom il-Korp tal-Pulizija, fejn gew stabbiliti metodi kif is-servizzi li jingħataw jistgħu ikun aktar immirati għall-bżonnijiet tal-familja.
Il-Kummissjonitapprezza il-bżonn ta’ riċerka li tipprovdi bażi soda ta’ gwida favur politika ghall-familja.  Għaldaqstant, diġa nbeda x-xogħol fuq riċerka dwar Familji Maltin f’sitwazzjoni ta’ faqar. Dan l-istudju qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u għandu jservi biex minnu jinħarġu proposti għal politika li tgħin lill-familji li jghixu fil-faqar itejbu l-kwalita’ ta’ hajja tagħhom.
“Tajjeb linibdew nitkellmu mhux biss fuq gender mainstreaming imma wkoll fuq family mainstreaming”, enfasizza l-Ministru Lawrence Gonzi.  Il-familja dejjem kienet meqjusa minn dan il-gvern bħala l-pern tas-soċjeta’, u huwa għalhekk li twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali Familji, sabiex il-bzonnijiet tal-familja jiġu kkunsidrati fit-tfassil, t-twettiq u l-harsien tal-progetti u l-ligijiet li l-Gvern jkun qed jikkunsidra.
Huwa qal li t-tibdilfid-dinja tax-xoghol, partikolarment l-infless tat-teknologija, l-bzonn ta’ partecipazzjoni aktar attiva tal-mara fid-dinja tax-xoghol u fl-izvilupp ekonomiku, u l-forom godda ta’ familja qed ikollhom impatt sinifikanti fuq il-familji Maltin u ghaldaqstant il-Kummissjoni Nazzjonali Familja ghandha tistudja u tirrakkomanda l-Gvern dwar mizuri li jkomplu jsahhu l-familja.
Il-MinistruGonzi wera l-apprezzament tal-Gvern ghall-kontribut li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja diġa tat lil qasam tal-familja, u huwa kommess li jkompli jsaħħah u jappoġġja l-operat tagħha sabiex tkun tista’ sservi ta’ vuċi dejjem aktar soda tal-familji Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow