XOGĦLIJIET TA’ EMERĠENZA FUQ IL-FAĊĊATA TA’ L-ISKOLA SEKONDARJA TAŻ-ŻEBBUĠ
PR562
08/05/2003
| Wara li ġie irrappurtat li waqgħu xi biċċiet tal-konkos mill-faċċata | ta’ l-iskola sekondarja taż-Żebbuġ sar intervent ta’ emerġenza immedjat fuq l-istess faċċata biex jiġi evitat il-periklu li jaqgħu biċċiet oħra. Dan ix-xogħol ta’ emerġenza qed isir b’mod tempornaju sakemm jibda proġett estensiv li hu ppjanat għal din l-iskola. |
| Il-proġett | f’din l-iskola jinkludi xogħlijiet strutturali estensivi biex il-problemi li hemm jiġu solvuti darba għal dejjem. Għalkemm il-problema fl-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ ilha teżisti, ftit wara li twaqqfet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada sar studju fuq l-istruttura ta’ l-iskola u sar magħruf x’hemm bżonn isir f’din l-iskola. Il-Fondazzjoni mill-ewwel lestiet id-disinji u sottomettiet l-applikazzjoni mal-MEPA biex ikunu jistgħu jibdew x-xogħlijiet. Waħda mid-diffikultajiet ewlenin hi li l-iskola tinsab fil-qalba tar-raħal u għalhekk hi soġġetta għal regolamentazzjoni stretta. |
| Filwaqt | li l-Fondazzjoni se tkun qed twettaq xogħlijiet regolari fuq il-faċċata biex jitnaqqas il-perikolu, malli joħorġu l-permessi se jibda x-xogħol strutturali. Hu mistenni li l-permessi jinħarġu fi żmien qasir biex matul ix-xhur tas-sajf jibda x-xogħol. |
Other Press Releases:
PR261935en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261935