Left arrow Go Back

Oracle ser jiftħu Akkademja ta’ Taħriġ għall-Maltin f’ Malta

PR55
Date Icon 16/01/2003
“Ġejna Malta għax ser issir membru fl-UnjoniEwropeja, u Pajjiżkom jistgħa jservi ta’ vettrina fis-settur tat-teknoloġija tal-Informatika” – Desi Lopez-Fafie (Managing Director - Oracle)
Oracle, ġgant multinazzjonali fil-qasam ta’ l-informatika,li jħaddem il-fuq minn 42,000 impjegat minn madwar id-dinja, laħqet ftehim mal-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, f’isem il-Gvern Malti, biex tinfetaħ Akkademja f’Malta sabiex tħarreġ minimu ta’ 150 student fis-sena.
Oracle, tispeċjaliżża f’applikazzjonijiet liprattikament, fuqhom hija mibnija l-Internet.
Il-Ministru Gatt u s-Sur Lopez Fafie, indirizzawlill-ġurnalisti preżenti fi tmiem il-laqgħat li saru f’pajjiżna, u fissru il-pass tal-ftuħ ta’ din l-akkademja.
Il-Ministru Gatt spjega, li għal darb’oħra Maltareġgħet kisbet ċertifikat ieħor għall-progress u l-kisbiet li pajjiżna għamel f’dan il-qasam.
Wara ċ-ċertifikat mill-Kumissjoni Ewropea permezzta’ l-eEurope+ report, Cisco u Microsoft, ġgant ieħor Oracle għażlu li jinvestu f’pajjiżna għax jemmnu fil-viżjoni tal-Gvern, fil-kapaċitajiet tal-ħaddiem Malti u anke għax pajjiżna ser isir membru tal-Unjoni Ewropea.
Dr. Austin Gatt fisser li l-akkademja ta’ Oracletikkumplimenta l-akkadmeja tac-Cisco li ġiet inawgurata uffiċjalment il-bieraħ mill-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami.
Dr. Austin Gatt irringrazzja lis-Sur John Ambrogio, -Managing Director tal-kumpanija Megabyte, għall-entużjażmu li wrew u l-għajnuna li taw biex din l-inizjattiva ssir realta’.
Minn naħa tiegħu is-Sur Lopez Fafie fisser liOracle ġejjin Malta, għax jemmnu li huwa pajjiż li għandu ħafna x’joffri u jistgħa jservi ta’ vettrina għall-pajjiżi oħra fir-reġjun. Is-sur Lopez-Fafie tenna li jemmen li Malta tista’ tilħaq l-għan tagħha li ssir ċentru reġjonali ta’ eċċellenza fir-reġjun tal-Mediterran, u għalhekk għażlu li jissieħbu mal-Gvern Malti. Is-Sur Lopez-Fafie fisser li għal Oracle, it-twaqqif ta’ din l-akkademja f’Malta ser ikun ifisser investiment ta’ miljun dollaru amerikan.
L-akkademja ta’ Oracle ser tibda topera fil-bidutas-sena akkademika li ġejja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow