APPARAT ĠDID LL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX
PR538
02/05/2003
| Il-British Residents Association tat donazzjoni ta’ apparat | ġdid lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, waqt preżentazzjoni li saret iktar kmieni llum, lill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. |
| L-apparat jikkonsisti fi tlett Patient Transfer | Slides li jiffacilitaw it-trasferiment tal-pazjent minn sodda għal oħra, jew minn stretcher għas-sodda. Dan it-tip ta’ apparat huwa wżat fis-swali, fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza, fis-sala ta’ l-operazzjonijiet, fid-Dipartiment tar-Radjoloġija u f’sezzjonijiet oħra ta’ l-isptar fejn il-pazjent jeħtieġ li jiġi trasferit f’każ ta’ operazzjoni. |
| Dan l-apparat ser inaqqas b’mod drastiku l-bżonn | ta’ rfiegħ u tqandil ta’ pazjenti mill-ħaddiema ta’ l-isptar, b’riżultat ta’ tnaqqis fil-possibilità ta’ incidenti li jaffettwaw id-dahar u b’hekk iktar sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Fl-istess ħin, minbarra li se jkunu qed iżidu l-kumdità għall-pazjenti nfushom, il-Patient Transfer Slides ser iħaffu wkoll il-process ta’ trasferiment tal-pazjenti għas-sala ta’ l-operazzjonijiet. |
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | irringrazzjat lill-British Residents Association ta’ din l-għotja li għamlu lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Hija stqarret li apprezzat ferm il-ġest ta’ din l-assocjazzjoni li, għalkemm l-għan tat-twaqqif u l-ħidma tagħha m’huwiex marbut mal-qasam tas-saħħa jew ma’ l-Isptar b’ebda mod, ħasset id-dmir li tikkontribwixxi lejn l-unika istituzzjoni tas-saħħa tal-gżira ta’ Għawdex. |
| Hija fakkret kemm il-qasam tas-saħħa ngħata | attenzjoni mill-Ministeru għal Għawdex, tant li f’erba’ snin u nofs ġew modernizzati s-swali kollha ta’ l-isptar, inkluż l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ air conditioning. Dan flimkien max-xogħol f’Residenza Sant’Anna permezz ta’ investiment ta’ Lm750,000, filwaqt li żdiedu 13-il servizzi ġdid mill-isptar. |
| Preżenti għall-okkażjoni kien hemm ukoll Dr | Anthony Livori, Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u Mr John B. Pace, mill-Kunsill tas-Saħħa għal Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934