Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - ELEZZJONIJIET KAŻWALI 2003

PR536
Date Icon 02/05/2003
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’kandidati għall-elezzjonijiet każwali sabiex jimtlew il-postijiet li tbattlu mill-Onor. George Vella għat-Tielet Distrett; l-Onor. Louis Galea għall-Ħames Distrett; l-Onor. Alfred Sant għat-Tmien Distrett; l-Onor. Francis Zammit Dimech għad-Disa’ Distrett; l-Onor. Joe Borg għall-Għaxar Distrett; l-Onor. Evarist Bartolo għall-Għaxar Distrett; u l-Onor. Eddie Fenech Adami għall-Ħdax-il Distrett.
Dawk il-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġeneralitat-12 ta’ April, 2003, fl-imsemmija distretti elettorali, u li ma ġewx eletti bħala Membri tal-Kamra tad-Deputati iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom nhar is-Sibt 3, il-Ħadd 4, it-Tnejn 5, it-Tlieta 6 u l-Erbgħa 7 ta’ Mejju, 2003, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, l-Belt Valletta, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar. Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali waqt il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow