Formola ta’ Dikjarazzjoni tat-Taxxa mill-Pensjonanti
Id-Direttur tas-Sigurtà Soċjali u l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jixtiequ jgħarrfu lill-pubbliku, speċjalment lill-pensjonanti, li mal-Formola tad-Dikjarazzjoni tat-Taxxa (il-formola blu) li ntbgħatet mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni din is-sena ma hemmx il-bżonn li tintbagħat l-FS3 tal-pensjonijiet. Dan għaliex id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għadda din l-informazzjoni lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex jiffaċilita l-mili tal-formoli lill-pensjonanti.
Dan japplika biss għal kull tip ta’ pensjoni mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dawk il-persuni li jirċievi xi tip ta’ pensjoni oħra huma xorta waħda obbligati li jehmzu mad-Dikjarazzjoni l-FS3 ta’ pensjonijiet oħra.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jgħarraf wkoll li fiċ-ċekkijiet tal-pensjoni ta’ Mejju u Ġunju ser ikun hemm miktub l-ammont ta’ pensjoni mogħtija fis-sena 2002 kif wkoll l-ammont ta’ taxxa mnaqqsa mill-pensjoni matul is-sena 2002. Dan qed isir sabiex il-pensjonanti jkollhom l-informazzjoni kollha meħtiega dwar id-dħul mill-pensjoni.
Fil-każ ta’ dawk il-pensjonanti li jibgħatu l-Formola tat-Taxxa u Self-Assessment (il-formola l-hadra) l-ammont ta’ pensjoni li irċevew mid-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali matul is-sena 2002 u li jrid jitnizzel fuq din il-formola irid jittieħed miċ-ċekk jew slip tal-pensjoni għax-xhur ta’ Mejju jew Ġunju.
Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni tal-pensjonanti kollha li huma eliġibbli li jibgħatu d-Dikarazzjoni Sempliċi minflok il-formola sħiħa tat-taxxa u self-assessment, li huma għandhom żmien sa’ l-aħħar ta’ April biex jibgħatu d-Dikarazzjoni Sempliċi lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934