Bieb il-Bombi ‘floodlighted’
Matul il-lejl li għadda, inxtelgħet sistema ta’ floodlighting ta’ Bieb il-Bombi, li issa ngħata d-dehra trijonfali tiegħu anke matul il-lejl.
Din is-sistema tikkomplimenta l-proġett ta’ restawr li twettaq mill-Unit għar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
L-iskema l-ġdida ta’ floodlighting swiet Lm12,000. Fil-proċess, ingħatat attenzjoni speċjali biex jitnaqqas it-tniġġiż mid-dawl u l-impatt viżwali tal-projectors tad-dawl matul il-jum. Għalhekk il-parti l-kbira tal-fittings inħbew, jew ġew installati fil-livell ta’ l-art.
Il-parti l-kbira tal-proġett twettqet bil-lejl biex jitnaqqas għall-minimu l-impatt fuq it-traffiku. L-iskema tad-dawl ġiet iddisinjata mill-Inġinier Stephen Buttiġieġ li ħa ħsieb ukoll it-twettiq tal-proġett. Classic Installations kien il-kuntrattur responsabbli mill-proġett.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934