Il-Gvern jghaddi l-Mithna ta’ l-Ghadriet lill-Kunsill Lokali ta’ Hal Lija
Matul l-ahhar erba’ snin, erbghin Kunsill Lokali madwar Malta u Ghawdex gawdew minn trasferiment ta’ proprjetà tal-Gvern, permezz ta’ emenda li kienet saret fl-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap.268) li Gvern Nazzjonalista ntroduca fl-1999.
Dan qalu l-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, Dr Tonio Borg waqt li llum, wara nofsinhar, kien prezenti ghall-iffirmar ta’ kuntratt li bih il-Gvern ghadda lill-Kunsill Lokali ta’ Hal Lija, il-Mithna ta’ Ghadriet il-Bordi li tinsab fiz-zona mgharufa bhala ‘Tal-Mirakli.’
Il-mithna li ghandha valur storiku kbir, peress li hija wahda minn tliet imtiehen li baqa’ fil-gzejjer Maltin li ghandha l-bazi taghha gej ghat-tond, ghamlet hafna zmien fi stadju ta’ abbandun u kienet saritilha xi hsara strutturali.
Il-Ministru Tonio Borg qal li madwar hdax-il sena ilu, il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iz-zmien, kien irrestawra din il-mithna u bena mill-gdid l-istrutturi li kienu waqghu.
L-iskop tad-devoluzzjoni ta’ din il-mithna lill-Kunsill, kompla l-Ministru Borg, huwa sabiex il-Kunsill ikun jista’ jippreserva billi juza din il-mithna ghal skopijiet kulturali u socjali. Il-fatt li din il-mithna tkun qed tintuza, fisser il-Ministru Borg, jghin biex il-post jibqa’ fi stat tajjeb u jkun jista’ jigi apprezzat bhala wirt storiku f’din il-lokalità.
Is-sindku ta’ Hal Lija Magda Magri Naudi, li kienet wahda mill-firmatarji tal-ftehim qalet li l-Kunsill digà beda jorganizza attivitajiet f’din il-mithna u ghandu ppjanati ohrajn. Fil-fatt, fil-mithna bhalissa ghaddejja wirja ta’ pitturi ta’ l-artist David Xuereb.
Il-Kummissarju ta’ l-Artijiet, is-sur Albert V Mamo, kien prezenti u ffirma f’isem id-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934