Left arrow Go Back

Iktar minn 7,000 student Jirreġistraw għas-software tal-Microsoft

pr463
Date Icon 07/04/2003

"Sodisfazzjon kbir, konkorrenza ikbar milli stennejna, mingħajr dubju Microsoft ser janaliżżaw il-possibilita li l-inizjattiva li ttieħdet Malta sservi ta’ eżempju għall-pajjiżi oħra.”

Dan qalu George Lakkotrypis, Business Development Manager – Microsoft, b’reazzjoni għall-ammont inkredibbli ta’ studenti li nhar is-Sibt, 5t’April, ħonqu Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, biex jibbenefikaw mill-offerta ta’ prezz specjali ta’ l-fuq minn Lm600 fl-iktar software riċenti tal-Microsoft.

Sa mis-7.00 a.m., in-nies bdew jinġemghu quddiem il-Qorti fil-Belt, biex jirreġistraw. Il-qofol ta’ l-attivita’ intlaħaq f’nofs in-nhar meta l-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami, akkumpanjat mill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, mar ukoll sabiex jirreġistra lin-neputijiet tiegħu.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti, l-Ministru Gatt spjega kif il-Gvern tal-lum ma’ jaħdimx bil-gimmicks u wegħdi fiergħa. Dr. Austin Gatt spjega li bil-kontra tal-wegħda tal-Partit Laburista, dik li jiffranka xahrejn taxxa lill-ħaddiema bi spiża ta’ ħamsa u għoxrin miljun lira mill-kaxxa ta’ Malta, il-Gvern ta lill-poplu Malti madwar erbgħin Miljun lira mingħajr ma joħroġ xejn mill-kaxxa tal-pajjiż.

Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu lejn ir-rispons tal-poplu Malti għal din l-inizjattiva, ha l-okkazjoni biex jirringrazzja lill-Ministru Gatt ghal hidma tieghu b’riżq il-pajjiż, mod partikolari bl-iffirmar tal-ftehim mal-Microsoft, li jfisser il-fiduċja li l-ikbar kumpanija multinazzjonali tas-software għażlet biex tinvesti f’Malta.

Sadanittant, tħabbar li minħabba r-rispons kbir li kien hemm, minn nhar l-Erbgħa 9 t’April, 2003, ir-reġistrazzjoni ser tissokta mill-Kunsilli Lokali Maltin u Għawdxin kollha. 

Jiġi iffirmat l-Enterprise Agreement mal-Gvern Malti

Nhar is-Sibt, 5 t’April, il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt ippresieda l-iffirmar ta’ l-Enterprise Agreement bejn il-Gvern Malti u l-Kumpanija Microsoft.

Dan il-ftehim kien iffirmat minn Joe R. Grima, Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u George Lakkotrypis, Business Development Manager tal-Microsoft.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow