Left arrow Go Back

ESTENSJONI U TKABBIR FID-DAR GHALL-ANZJANI TAZ-ZEJTUN

pr462
Date Icon 07/04/2003

Il-Prim Ministru, l-Onor. Dr Eddie Fenech Adami, nhar is-Sibt 5 ta` April, inawgura estensjoni u tkabbir fid-Dar Residenzjali ghall-Anzjani taz-Zejtun.

Dr. Fenech Adami wkoll kien inawgura din id-Dar taz-Zejtun fit-13 ta’ Marzu 1994, u li kienet tospita 60 persuna. B’din l-estensjoni u tkabbir, ser jizdiedu 100 sodda ohra, jigifieri 160 anzjan u anzjana ser ikunu residenti f’din id-dar.

F’dawn id-9 snin, ir-residenti ta’ din id-dar gawdew minn servizzi eccellenti u ghexu kwalita’ ta’ hajja mill-ahjar. Dan anke ghaliex l-amministrazzjoni ta’ din id-dar giet fdata f’idejn il-CareMalta Ltd. li hija kumpanija privata ewlenija f’Malta li tispecjalizza fil-qasam ta` l-anzjani. CareMalta Ltd. bdiet tmexxi din id-dar ta` l-anzjani sa mill-ftuh taghha, igifieri mit-13 ta’ Marzu 1994. Fl-20 ta’ Marzu, 2003, gie iffirmat it-tieni ftehim bejn il-Gvern u CareMalta Ltd., biex din il-kumpanija tkompli tmexxi din id-dar ghall-anzjani fiz-Zejtun.

Ta’ min jghid li x-xoghol kollu sar fi zmien ta’ hames xhur biss, kif ukoll li l-Gvern ma hareg ebda fondi kapitali ghal dan il-progett. Dan huwa success tal-kuncett fejn il-Gvern u s-settur privat jahdmu flimkien ghal-beneficcju tas-socjeta’ Maltija.

Fic-cerimonja ta` l-inawgurazzjoni hadu sehem Joseph Chetcuti u l-kantanti Lawrence Gray u Chiara. L-Inginier Alexander Tranter, ic-C.E.O tal- CareMalta ltd. u s-sur Nazzareno Vassallo ic-chairman tal-kumpanija Vassallo Builders Group Ltd., spjegaw fid-dettal ix-xoghol kollu li sar fl-estensjoni ta’ din id-dar.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, L-Onor Dr. Antoine Mifsud Bonnici, qal li b’sodisfazzjon jista` jinnota l-progess kbir li dan il-Gvern wettaq f’dawn l-ahhar snin fis-servizzi residenzjali li qed noffru lill-anzjani - bhalma huma d-djar ta’ Bormla, Mtarfa, u Msida - u allura dan jirrifletti fil-qabza ta’ kwalita’ ta’ hajja ahjar li qed jghixu l-anzjani taghna llum.

Dr. Mifsud Bonnici filwaqt li rringrazzja lil kull min hadem sabiex dan il-progett sar realta` fi zmien hekk qasir, huwa awgura lill-anzjani biex igawdu dan is-servizz kif ukoll dan l-ambjent hekk sabih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow