DISKORS MILL-ONOR. DR. TONIO BORG, MINISTRU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, FL-OKKAZJONI TAL-FTUH TAL-KUMPLESS GDID FIL-FACILITÀ KORRETTIVA - KORDIN – 04/04/2003
Eccellenza
Onorevoli kollegi,
Sinjuri
F’wahda mill-ewwel seduti tal-Kabinett li jiena attendejt ftit wara l-hatra tieghi bhala Ministru f’April 1995, kont ressaqt ghall-approvazzjoni il-progett tal-Habs. Gew allokati fondi ghall-budget ta’ l-1996 – somma rekord ghall-habs ta’ dak iz-zmien, u turija ta’ l-impenn tal-Gvern li johloq struttura gdida biex nikklassifikaw ahjar lill-prigunieri.
L-isfroz sabiex din il-hidma li qed narawha ssir realtà llum ma kienx il-frott ta’ hidma ta’ bniedem wiehed izda ta’ bosta. Ir-rapport ta’ l-Imhallef Maurice Caruana Curran, ir-Rapporti tal-Kumitat tal-Prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, il-hidma tal-Ministru ta’ l-Intern ta’ dak iz-zmien Dr Louis Galea, l-ghaqdiet volontarji u l-Prison Board of Visitors, li dejjem taw sehemhom ghal trattament uman u dinjituz ghall-prigunieri.
Il-bidu ta’ dan il-progett li jmur lura ghall-1994 meta bdew l-ewwel diskussjonijiet u tfasslu l-ewwel pjanti, ha sura konkreta bit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla f’Lulju 1996.
Ix-xoghlijiet kollha li saru jinkludu: Gate House gdida, il-wing taz-zghazagh (YOURS), kcina gdida, boiler house, fence ta’ sigurtà mal-Habs kif ukoll dan il-kumpless. Dawn ix-xoghlijiet kollha gew jiswew aktar minn Lm5.5 miljun.
Dan il-kumpless jinkludi mija u erbgha u erbghin (144) cella, bil-facilitajiet kollha li wiehed jistenna li jsib f’Habs modern, sala gdida ghal vizti ta’ membri tal-familja ma’ prigunieri., kif ukoll kumpless ta’ ufficini li se jkunu jistghu jintuzaw mill-amministrazzjoni tal-Habs.
Il-mod kif socjetà titratta lill-prigunieri, huwa riflessjoni mill-aktar cara tal-karattru taghha. Biex pajjizna jkun jista’ jitqies wiehed civili, irid ikollna sistema ta’ habs li jkollha spazju shih ghall-jeddijiet tal-bniedem, sistema ddisinjata biex tirrispetta d-dinjità umana ta’ kull prigunier, u fl-ahhar mill-ahhar ta’ kull min jahdem f’dik li llum insejhulha Facilità Korrettiva.
Pajjiz li tassew jirrispetta lilu nnifsu ma jistax ikollu sistema ta’ habs li ssakkar lin-nies u tarmi c-cavetta. Jekk narmu c-cavetta, nkunu qed narmu wkoll lill-prigunier, flimkien ma’ kull possibilità li dan il-bniedem jista’ tassew jirriforma ruhhu. Illum nitkellmu fuq Facilità Korrettiva, ghax huwa propju dan li l-Awtoritajiet tal-Habs jaghmlu ma’ kull prigunier: jghinuh jaghraf l-izball tieghu, ipatti ghalih, u jitghallem kif ma jergax jirrepetih. Mhux kulhadd ikollu r-rieda li dan jaghmlu; izda ma’ min irid l-Awtorità tal-Habs tghinu u tikkoregih.
Bhala parti mir-riformi li saru f’din id-direzzjoni ma nistax ma nsemmix tibdil li qed iggib maghha l-ligi l-gdida tal-Probation li l-Gvern ghadda mill-Parlament. Ghall-ewwel darba, permezz ta’ din il-ligi hu possibbli li jkollna sentenzi ta’ xoghol fil-komunità, kif ukoll sentenzi li jikkombinaw il-piena karecerarja ma’ xoghol barra l-habs. Dan huwa mportanti ferm biex prigunier jifhem aktar id-dannu li jkun ikkawza u jkun qed jaghmel xi haga konkreta biex ipatti ghalih. Il-probation officers jaghmlu wkoll xoghol ta’ mportanza kbira fil-fejqan tal-‘vittma’ ta’ reat billi jippruvaw iressqu lill-vittma u lil min ghamel reat, flimkien. Il-ligi l-gdida tipprovdi wkoll li l-kumpens li l-hati, ikun ordnat jaghti lill-vittma ikun skond il-gravità tar-reat, filwaqt li qabel kien hemm massimu ta’ Lm500 li ma setax jinqabez.
Il-Habs ta’ Kordin, kif digà qed insibuh ‘il-habs l-antik’ ilu jilqa’ prigunieri fih ghal 153 sena. Matul dawn is-snin kollha saru sforzi biex jigi atrezzat bl-aktar affarijiet bazici li wiehed jistenna f’socjetà civili. Izda kienet ilha tinhass il-htiega li jinbena habs kompletament gdid.
Iz-zieda fil-popolazzjoni, kif ukoll il-politika tal-Gvern prezenti li jikklassifika lill-prigunieri, ziedet il-pressjoni biex ikollna aktar spazju.
Ta’ min jghid izda, li l-habs f’Malta huwa wiehed mill-ftit postijiet fl-Ewropa u fid-dinja fejn kull prigunier ghandu cella ghalih. Dan huwa fatt li jaghmilna kburin li minkejja c-cokon, kif ukoll id-densità tal-popolazzjoni, m’ghandniex xi sitwazzjoni bhal ta’ pajjizi ohra fejn, minhabba s-sovraffollament, aktar minn prigunier wiehed ikunu f’cella wahda.
Aktar minn hekk, dan il-Gvern hadem kemm felah biex jiftah divizjonijiet godda li fihom jilqghu prigunieri bi htigijiet differenti. Nibda bl-ahhar kumpless li ftahna : Il-Young Offenders Rehabilitation Service, maghruf komunement bhala il-YOURS. Din id-divizjoni li hija kompletament separata mill-bqija tal-habs, tilqa’ fiha prigunieri li huma taht is-sitta u ghoxrin sena; u nbniet bl-iskop preciz li prigunieri zghazagh ma jithalltux ma’ prigunieri ohra. L-istess, il-prigunieri nisa ghandhom divizjoni separata.
Dan il-Gvern investa u ghadu qed jinvesti bis-shih biex dawk il-prigunieri li ghandhom problema ta’ droga jkollhom l-opportunitajiet kollha biex jirrabilitaw ruhhom. Ghalhekk twaqqaf is-SATU, li jilqa’ fih residenti li jghaddu minn programm ta’ rijabilitazzjoni rigoruz fejn mhux biss jinghataw kura biex jehilsu mid-dipendenza fizika tad-droga, izda jitghallmu wkoll kif jehilsu mid-dipendenza psikoligika taghha.
Din x’aktarx hija l-aktar parti difficli ghax hija l-akbar sfida ghall-prigunieri li jsib ruhhu fil-libertà li ma jergax lura ghad-drawwiet il-hziena ta’ qabel. Bl-istess skop, il-Gvern iffirma ftehim mas-Sedqa u l-Caritas biex dawn jilqghu prigunieri ghal skop ta’ rijabilitazzjoni. Bhalissa hemm ghoxrin prigunier li qed jattendu programm ta’ rijabilitazzjoni. Il-vot ghal dawn il-prigunieri irdoppja f’dawn l-ahhar erba’ snin.
Bhalissa l-popolazzjoni globali tal-Habs hija ta’ tliet mija u wiehed (301). Kwazi terz minn dawn huma barranin u l-bicca l-kbira tal-barranin (76 minn 98) gejjin minn pajjizi ta’l-Afrika ta’ Fuq u Centrali. Kull prigunier ghandu s-servizzi medici kollha. Il-Habs ghandu servizz ta’ tabib kuljum, servizz regolari ta’ dentista kif ukoll servizz ta’ infermiera. Il-habs joffri wkoll servizzi psikjatrici permess ta’psikologa forensika impjegata full-time, zewg psikologi ohra kif ukoll social worker.
L-Awtoritajiet tal-Habs joqoghdu attenti li jirrispettaw bis-shih il-kultura u d-drawwiet anke religjuzi tal-prigunieri barranin. Il-Habs ma joffrix servizzi ghall-Kattolici biss, tant li jsiru zjajjar regolari mir-rapprezentant tal-komunità Musulmana f’Malta l-Imam, u anke ta’ religjonijiet jew fehmiet religjuzi ohra.
Meta nghidu dan kollu, nirrikonoxxu wkoll li hemm prigunieri barranin, li jippreferu li s-sentenza taghhom jiskontawha f’pajjizhom. Kien f’dan id-dawl li l-Gvern Malti ffirma ftehim mal-Gvern Libjan li permezz tieghu, jekk ikun hemm il-qbil tal-prigunier, kif ukoll taz-zewg Gvernijiet, resident li qed jinzamm f’Malta, jkun jista’ jiskonta l-bqija tas-sentenza tieghu fil-Habs f’pajjizu.
Il-kumpless il-gdid li qed ninawguraw illum se jpoggina f’pozizzjoni ahjar biex nikklassifikaw lir-residenti. Il-mod kif inhuwa mqassam il-habs il-gdid, kif se naraw aktar tard meta mmorru fid-divizjoni fejn hemm ic-celel, huwa b’tali mod li jippermetti lill-Awtoritajiet fil-libertà li jqassmu lill-prigunieri skond kif jidhrilhom li hu xieraq.
B’mod generali, il-prigunieri jkollhom hafna hin x’jutilizzaw. Wiehed ghandu jzomm f’mohhu wkoll li min ikun qed jiskonta sentenza, mhux se jibqa’ l-Habs ghal dejjem u allura z-zmien fil-Habs ghandu jigi sfruttat ghall-gid tal-prigunier innifsu.
Kien ghalhekk li saru hafna sforzi biex tinghata spinta kbira ’l quddiem lill-edukazzjoni tal-prigunieri. Bhalissa madwar tmenin prigunier qed jibbenefikaw mid-diversi programmi edukattivi li joffri l-Habs. Permezz ta’ numru ta’ ghalliema, il-Habs joffri taghlim f’diversi lingwi u suggetti ohra kemm fil-livelli primarji u sekondarji, kif ukoll f’livelli ohra. Matul l-ahhar tliet snin, 17-il prigunier ghaddew minn ezamijiet tas-SEC, 7 ghaddew minn A Levels, wiehed gab il-licenza ta’ wireman u sahansitra kellna zewg prigunieri (wiehed minnhom digà skonta s-sentenza tieghu) li bdew kors fl-Università.
Minbarra tahrig akkademiku, fil-Habs jinghataw ukoll lezzjonijiet specjali li jinkludu snajja’ kif ukoll dixxiplini sportivi differenti.
Anke f’dak li huwa xoghol isir ukoll tahrig bl-iskop li meta prigunier johrog mill-Habs ikun aktar facli ghalih li jintegra ruhhu malajr fis-socjetà. Hawnhekk bi pjacir inhabbar li din is-sena bdejna progett mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig bil-ghan li jipprova jinstab xoghol lil dawk il-prigunieri li jkunu qed jiskontaw l-ahhar tliet xhur prigunierija.
Barra minn dan, fil-prezent 57 fil-mija tal-prigunieri qed jaghmlu xoghol produttiv fil-habs stess.
Dan il-kumpless huwa wkoll parti mill-hidma tal-Gvern biex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Forzi ta’ l-Ordni f’pajjizna. Kumpless gdid ma jfissirx biss ambjent ahjar ghall-prigunieri, izda wkoll ghall-ufficjali korrettivi u kull min jahdem fil-Habs. Bhala rikonoxximent ta’ din il-hidma, il-Gvern tliet snin ilu ikkonceda lill-impjegati tal-Habs il-beneficcju ta’ pensjoni wara 25 sena servizz li jgawdu membri ta’ forzi dixxiplinati ohra bhall-armata u l-Pulizija.
Kien Winston Churchill li fil-bidu tas-seklu l-iehor kien rabat it-trattament tal-prigunieri mal-livell ta’ civiltà tal-pajjiz. Kien qal:
"The mood and temper of the public with regard to the treatment of crime and criminals is one of the most unfailing tests of the civilisation of any country."
Nemmen li bl-ghajnuna ta’ kulhadd din il-prova ghaddejniha u se nkomplu nghadduha b’success
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934